Mur għall-kontenut ewlieni

Winston Churchill: sejħa għal Stati Uniti tal-Ewropa

Jeħtiġilna nibnu speċi ta' Stati Uniti tal-Ewropa."

Winston Churchill

Ħajja u żminijiet

Meta taħseb dwar Winston Churchill, l-ewwel immaġni li tista’ tiġi f’moħħok hi dik ta’ persunaġġ imponenti qed jagħmel is-sinjal tar-rebħa waqt li jpejjep sigarru. Din ir-rappreżentanza popolari hi biss aspett wieħed tal-eks uffiċjal tal-armata, ir-reporter tal-gwerra u l-Prim Ministru Brittaniku. Churchill kien wieħed mill-ħafna mexxejja li l-esperjenzi tiegħu tal-gwerra kkonvinċewh li l-paċi tista' tiġi ggarantita biss permezz ta' Ewropa magħquda.

Viżjoni għall-Ewropa

Fid-diskors tiegħu lill-Università ta’ Zurich fl-1946, Churchill ħeġġeġ lill-Ewropej biex idawru daharhom fuq l-orruri tal-passat u jħarsu lejn il-futur. Hu ddikjara li l-Ewropa ma kinitx taffordja li tkompli f’atmosfera ta’ mibegħda u vendetta mill-feriti tal-passat. Għal Churchill, l-ewwel pass fil-ħolqien tal-“familja Ewropea” tal-ġustizzja, tal-mertu u tal-libertà kien li “nibnu tip ta’ Stati Uniti tal-Ewropa”. B’dan il-mod biss, mijiet ta’ miljuni ta’ persuni li jistinkaw se jkunu jistgħu jerġgħu jiksbu l-ferħ u t-tama sempliċi li jagħtu sens lil ħajjithom”.

Winston Churchill waqt id-diskors tiegħu fid-19 ta’ Settembru 1946 fi Zurich.

Publikazzjonijiet

Aktar dwar il-ħajja, ix-xogħol u l-kontribuzzjoni ta’ Winston Churchill għall-proġett Ewropew