Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
European Union

Joseph Bech: kif pajjiż żgħir jista’ jkollu rwol kruċjali fl-integrazzjoni Ewropea

L-idea kbira ta’ Ewropa magħquda – li saħansitra reċentement kienet għada meqjusa utopika – illum toħroġ mill-isfera ta’ aspirazzjoni għall-fażi ta’ realizzazzjoni prattika.

Joseph Bech

Ħajja u żminijiet

Minbarra li impedixxa kunflitt devastanti ieħor bħat-Tieni Gwerra Dinjija, Bech qies ukoll il-ħolqien tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar bħala opportunità għall-pajjiż żgħir tiegħu biex iħalli l-marka tiegħu f’Ewropa ġdida. Hu kien ukoll jemmen, bħal bosta politiċi f’dak iż-żmien, li relazzjonijiet mill-qrib u rabtiet vinkolanti kienu se jservu biex jimpedixxu lill-Ewropa milli terġa’ titfarrak.

Viżjoni għall-Ewropa

F’Ġunju 1955, Joseph Bech ippresieda l-Konferenza ta’ Messina li aktar tard wasslet għat-Trattat ta’ Ruma, li fforma l-Komunità Ekonomika Ewropea, il-prekursur tal-Unjoni Ewropea tal-lum. Din il-Konferenza ffokat fuq memorandum ippreżentat mit-tliet pajjiżi tal-Benelux, inkluż Bech bħala rappreżentant tal-Lussemburgu.

Joseph Bech, jitkellem fi Strasburgu fl-1968

Traskrizzjoni

Diskors ta' Joseph Bech fl-1968 fi Strasbourg

Fir-realtà għaliex ridna nibnu l-Ewropa wara t-Tieni Gwerra Dinjija? Ħsibna li kien assolutament neċessarju li noħolqu Ewropa ġdida sabiex, f'dan il-qafas ġdid, nirrikonċiljaw lil Franza u lill-Ġermanja.

U wasalna għall-konklużjoni li tal-anqas f'dan il-qasam, li kien qasam fundamentali, peress li l-paċi fl-Ewropa tiddependi minnu, ħloqna l-idea tal-Ewropa fejn waħda mir-raġunijiet, wieħed mill-għanijiet tal-ġlieda għal Ewropa magħquda ntleħaq.

Publikazzjonijiet

Aktar dwar il-ħajja, ix-xogħol u l-kontribuzzjoni ta’ Joseph Bech għall-proġett Ewropew