Veil irnexxielha tissopravivi l-kampijiet ta’ konċentrament Nazisti, imma t-tfulija u l-esperjenzi trawmatiċi li għaddiet minnhom matul it-Tieni Gwerra Dinjija nibtu fiha ż-żerriegħa tal-impenn tagħha għal Ewropa magħquda, kawża li baqgħet tippromwovi għall-bqija ta’ ħajjitha.
Ħajja u żminijiet
Il-progress fil-ħajja politika ta’ Veil beda permezz ta’ karriera bikrija fil-liġi. Fl-1974 ingħaqdet mal-Gvern Franċiż taħt il-President Giscard d’Estaing bħala Ministru tas-Saħħa.
Ftit wara l-ħatra tagħha, hi ġġieldet biex tillegalizza l-abort fi Franza u rnexxielha biss meta l-oppożizzjoni fl-assemblea nazzjonali ngħaqdet mal-kawża tagħha biex tgħaddi l-liġi fl-1975. Din tqieset bħala kisba sinifikanti u l-liġi saret magħrufa sew bħala “la loi Veil”.
Viżjoni għall-Ewropa
Meta l-President Giscard d’Estaing talab lil Veil biex tmexxi l-lista tal-partit tiegħu fl-ewwel elezzjonijiet diretti tal-Parlament Ewropew fl-1979, hi ħatfet l-opportunità.
Veil ġiet eletta kif kien mistenni fil-Parlament, li għażilha bħala l-President tiegħu, u b’hekk saret il-mexxej tal-ewwel Parlament Ewropew elett direttament u l-ewwel mara li mexxiet kwalunkwe istituzzjoni tal-UE. Sentejn wara, rebħet il-Premju Charlemagne, il-premju li jonora l-kontribuzzjonijiet ta’ persuna għall-unità Ewropea.
Ir-rikonoxximent tal-Parlament Ewropew lil Simone Veil.
(Dan il-kontenut ma jinstabx bil-lingwa tieghek.)
Publikazzjonijiet
Aktar dwar il-ħajja, ix-xogħol u l-kontribuzzjoni ta’ Simone Veil għall-proġett Ewropew