Il-politiku Olandiż Johan Willem Beyen ikkonvinċa lill-mexxejja Ewropej sħabu biex jaċċettaw il-pjan tiegħu għal kooperazzjoni ekonomika sħiħa.
Ħajja u żminijiet
F’nofs is-snin 1950, meta Beyen kien qed jiżviluppa l-proposta tiegħu għal unjoni doganali, fehem id-diffikultà li jikkonvinċi forzi kontra qalbhom f’pajjiżu n-Netherlands, u f’postijiet oħrajn fl-Ewropa, biex ikomplu jintegraw ruħhom. Ħafna mexxejja kienu attenti għal aktar integrazzjoni wara li nħolqot il-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar speċjalment f’termini tal-ekonomija. Madankollu Beyen ippersista; hu kien jemmen li ż-żmien kien tajjeb biex wieħed jimbotta għal kooperazzjoni saħansitra akbar bejn in-nazzjonijiet Ewropej.
Viżjoni għall-Ewropa
Il-pjan ta’ Beyen iddur fuq il-kunċett li kooperazzjoni ekonomika akbar kienet meħtieġa, mhux biss fil-qasam tal-faħam u l-azzar. Kien meħtieġ suq komuni għal kollox, fuq il-linji tal-ftehim tal-Benelux iffirmat bejn il-Belġju, in-Netherlands u l-Lussemburgu fl-1944. Waqt li ppreżenta l-“Pjan Beyen” fil-Konferenza ta’ Messina fl-1955, hu biegħ l-idea li l-unità politika ma setgħetx tinkiseb mingħajr suq komuni b’xi responsabbiltà komuni għall-politika ekonomika u soċjali. Fl-aħħar nett, bħala riżultat tal-fatt li l-pjan ġie aċċettat, sitt pajjiżi ffirmaw it-Trattati ta’ Ruma f’Marzu 1957, u ħolqu l-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Euratom.
Mill-Konferenza ta’ Messina għat-Trattati ta’ Ruma
(Dan il-kontenut ma jinstabx bil-lingwa tieghek.)
Publikazzjonijiet
Aktar dwar il-ħajja, ix-xogħol u l-kontribuzzjoni ta’ Johan Willem Beyen għall-proġett Ewropew