Jean Monnet – pijunier tal-UE | L-Unjoni Ewropea
Mur għall-kontenut ewlieni

Jean Monnet: il-forza unifikanti li wasslet għat-twelid tal-Unjoni Ewropea

Komplu, komplu, m’hemm l-ebda futur għall-poplu tal-Ewropa ħlief permezz tal-unjoni.

Jean Monnet

Ħajja u żminijiet

Meta faqqgħet l-Ewwel Gwerra Dinjija fl-1914, Monnet ikkuntattja lill-gvern u pproponielu li jikkoordina aħjar it-trasport tal-provvisti tal-gwerra mal-alleati ta’ Franza. Aktar tard, hekk kif inħolqot il-Lega tan-Nazzjonijiet fl-1919, Monnet inħatar Viċi Segretarju Ġenerali tagħha. Fl-1943, Monnet sar membru tal-Kumitat Franċiż għal-Liberazzjoni Nazzjonali, il-Gvern Franċiż de facto f’eżilju fl-Alġier. Kien f’dan iż-żmien li wera biċ-ċar x’kienet il-viżjoni tiegħu għal Ewropa magħquda biex tinżamm il-paċi.

Viżjoni għall-Ewropa

Hekk kif wara l-gwerra bdew jiżdiedu t-tensjonijiet internazzjonali, Monnet ħass li kien wasal iż-żmien li jaqbdu t-triq lejn l-unità Ewropea. Għalhekk, hu u t-tim tiegħu bdew jaħdmu fuq il-kunċett ta’ Komunità Ewropea. Fid-9 ta’ Mejju 1950, Robert Schuman, il-Ministru għall-Affarijiet Barranin ta’ Franza, għamel id-“Dikjarazzjoni ta’ Schuman” f’isem il-Gvern Franċiż.

Din id-Dikjarazzjoni, li l-moħħ wara l-ħolqien u l-kitba tagħha kien Monnet, ipproponiet li l-produzzjoni Ġermaniża u Franċiża kollha tal-faħam u tal-azzar tkun ikkontrollata minn awtorità għolja waħda. L-idea kienet li jekk il-produzzjoni ta’ dawn ir-riżorsi kellha tinqasam bejn l-aktar żewġ pajjiżi b’saħħithom fl-Ewropa ma jkunx hemm aktar gwerer.

Jean Monnet on the integration of Europe.
Jean Monnet on the integration of Europe.

 

Pubblikazzjonijiet

Aktar informazzjoni dwar il-ħajja u l-ħidma ta’ Jean Monnet u dwar il-kontribut tiegħu għall-proġett Ewropew