It-tieni President mara tal-Parlament Ewropew kienet politiku persważiv u difensura dedikata tal-Ewropa li rat l-adozzjoni tal-euro. Nicole Fontaine, li kienet il-President bejn l-1999 u l-2002, xprunat ir-riforma tal-metodi ta’ ħidma tal-Parlament Ewropew biex ikun eqreb lejn iċ-ċittadini tal-UE.

Waħda mill-karatteristiċi ewlenin ta’ din il-kuxjenza kollettiva Ewropea l-ġdida hija viżjoni etika tal-Unjoni. Illum, hija ta’ importanza vitali għall-Ewropa li m’għandhiex sempliċement qawwa ekonomika.
Ħajja u żminijiet
Mill-bidu tal-karriera parlamentari tagħha fi Franza, fejn twieldet, Nicole Fontaine ħadmet għal Ewropa taċ-ċittadini, billi ffukat fuq proġetti li jikkonċernaw l-edukazzjoni taż-żgħażagħ u r-rikonoxximent reċiproku tal-kwalifiki akkademiċi fl-UE kollha, kif ukoll id-drittijiet tan-nisa u l-ugwaljanza bejn il-ġeneri.
Hija serviet darbtejn bħala l-Viċi President tal-Parlament Ewropew, mill-1989 sal-1994 u mill-1994 sal-1999. Hija nnegozjat ftehim bejn il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri dwar leġiżlazzjoni kruċjali, inklużi żewġ programmi tal-UE għaż-żgħażagħ (Socrates u Żgħażagħ għall-Ewropa).
Viżjoni għall-Ewropa
F’Ottubru 1999, fl-ewwel diskors tagħha lill-Kunsill Ewropew f’Tampere, il-Finlandja, hija enfasizzat l-importanza li jittieħed kont tat-tħassib ta’ kuljum tan-nies. Hija argumentat favur “approċċ ambizzjuż immirat biex jipprovdi lill-Unjoni b’karta tad-drittijiet fundamentali”. F’Diċembru 2000, hi iffirmat il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali f’isem il-Parlament Ewropew.
Punti ewlenin fil-karriera ta’ Nicole Fontaine fil-Parlament Ewropew.
(Dan il-kontenut ma jinstabx bil-lingwa tieghek.)
Pubblikazzjonijiet
Aktar dwar il-ħajja, ix-xogħol u l-kontribut ta’ Nicole Fontaine għall-proġett Ewropew.