Imwielda f’familja Lhudija tal-klassi medja f’Berlin f’Settembru 1913, fl-1932 Ursula Hisrschmann ingħaqdet mal-organizzazzjoni taż-żgħażagħ tal-Partit Soċjal-Demokratiku f’reżistenza kontra l-avvanz tan-Nażisti. Wara li ltaqgħet ma’ Eugenio Colorni, filosfu u soċjalista żagħżugħ Taljan, u eventwalment iżżewġitu, Hirschmann saret attiva fil-moviment tal-oppożizzjoni klandestina kontra l-faxxiżmu f’art twelid żewġha, l-Italja.
Ħajja u żminijiet
Meta Colorni ġie arrestat u mitfugħ il-ħabs fuq il-gżira ta’ Ventotene, Hirschmann segwiet lil żewġha hemmhekk.
Hemmhekk iltaqgħu ma’ Ernesto Rossi u Altiero Spinelli, li fl-1941 kitbu flimkien il-Manifest ta’ Ventotene “għal Ewropa ħielsa u magħquda”, meqjus minn ħafna bħala l-punt tat-tluq għall-federaliżmu Ewropew. Il-manifest inqara b’mod mifrux minn dawk li kienu qed jiġġieldu mar-Reżistenza Taljana kontra n-Nazisti.
Viżjoni għall-Ewropa
Il-manifest għamel sejħa għal waqfa mill-passat tal-Ewropa biex tissawwar sistema politika ġdida permezz ta’ ristrutturar fil-politika u riforma soċjali estensiva. Hirschmann daħlet bil-moħbi il-manifest fl-Italja kontinentali u għenet fit-tixrid tiegħu.
Wara li telqet minn Ventotene, waslet f’Milan u waqqfet il-Movimento Federalista Europeo (Moviment Federalista Ewropew) fl-1943. Wara li Colorni nqatel mill-faxxisti, Hirschmann ħarbet lejn l-Iżvizzera u involviet ruħha fl-organizzazzjoni tal-ewwel kungress federalista internazzjonali f’Pariġi fl-1945.
L-impenn politiku ta’ Hirschmann ma waqafx wara t-Tieni Gwerra Dinjija. Fl-1975, hija waqqfet l-assoċjazzjoni Femmes pour l’Europe (Nisa għall-Ewropa) fi Brussell.
Kopja tal-karta tal-identità Taljana ta’ Ursula Hirschmann.
Pubblikazzjoni
Aktar dwar il-ħajja, ix-xogħol u l-kontribut ta’ Ursula Hirschmann għall-proġett Ewropew.