Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
European Union

Paul-Henri Spaak: Ewropew viżjonarju persważiv b’talent

Nitkellem għalija nnifsi, jien difensur leali tal-kooperazzjoni ekonomika.

Paul-Henri Spaak

Ħajja u żminijiet

Waqt li kien f’eżilju f’Londra matul il-gwerra, hu fassal pjanijiet mal-kollegi tiegħu mill-Pajjiżi l-Baxxi u l-Lussemburgu dwar proġett ġdid u ambizzjuż ħafna: unjoni doganali bejn il-Belġju, in-Netherlands u l-Lussemburgu.

Fl-1944, il-pjan ġie realizzat u twieled il-Benelux. Fi ħdan il-fruntieri tat-3 pajjiżi, il-moviment liberu tal-flus, in-nies, is-servizzi u l-merkanzija kien se jkun iggarantit. Dan kellu jservi ta’ ispirazzjoni għal aktar integrazzjoni Ewropea.

Viżjoni għall-Ewropa

Għal Spaak, l-għaqda tal-pajjiżi permezz ta’ obbligi ta’ trattat vinkolanti kienet l-aktar mezz effettiv sabiex jiġu ggarantiti l-paċi u l-istabbiltà. Hu għen biex jintlaħqu dawn l-għanijiet bħala president tal-ewwel laqgħa sħiħa tan-Nazzjonijiet Uniti (1946) u bħala Segretarju Ġenerali tan-NATO (1957-61). Spaak kien figura ewlenija fil-formulazzjoni tal-kontenut tat-Trattat ta' Ruma. Fil-Konferenza ta’ Messina fl-1955, is-sitt gvernijiet parteċipanti ħatruh president tal-kumitat ta’ ħidma li ħejja t-Trattat.

Paul-Henri Spaak, waqt li kien qed jitkellem fi Strasburgu fil-11 ta’ Diċembru 1951

Traskrizzjoni

Diskors ta' Paul-Henri Spaak fil 11 ta' Diċembru 1951 f'Pariġi

…filwaqt li wħud bilkemm jintlaqtu mill-interess u l-utilità ta' ħidmietna, għal ċertu għadd ta' oħrajn fostna, dak li qed nagħmlu hawn hu vitali u neċessarju b'mod urġenti.

Nammira lil dawk li jafu jibqgħu kalmi fil-qagħda li tinsab fiha l-Ewropa bħalissa. Nistgħu inkunu krudili ħafna kieku ma konniex furzati li nkunu daqstant diplomatiċi..., iżda erġgħu aħsbu ftit fl-aħħar snin li għaddew!

Publikazzjonijiet

Aktar dwar il-ħajja, ix-xogħol u l-kontribuzzjoni ta’ Paul-Henri Spaak għall-proġett Ewropew