Attiva fil-politika minn età żgħira, Ylva Anna Maria Lindh saret waħda mill-aktar figuri influwenti fil-politika Żvediża moderna. Twieldet fl-1957, Lindh studjat il-liġi fl-Università ta’ Uppsala qabel ma kisbet siġġu fil-Parlament fl-1982. Ħadet l-ewwel post tagħha fil-kabinett 12-il sena wara bħala Ministru għall-Ambjent.
Ħajja u żminijiet
Fl-1998, Lindh inħatret Ministru tal-Affarijiet Barranin fil-kabinett tal-Prim Ministru Göran Persson. Hi kellha reputazzjoni bħala kelliema diretta u kienet partikolarment tgħidha kif taħsibha dwar id-drittijiet tal-bniedem.
- F’Moska, ikkritikat b’mod serju l-azzjonijiet Russi fiċ-Ċeċenja.
- Hi kienet sostenitriċi diretta tas-soluzzjoni ta’ żewġ stati għall-kunflitt Iżraeljan-Palestinjan u opponiet bil-qawwa l-politika tal-Prim Ministru Iżraeljan Ariel Sharon fir-rigward tal-Palestinjani.
- Hi opponiet l-invażjoni tal-Iraq fl-2003 minħabba li n-Nazzjonijiet Uniti ma kinux issanzjonawha.
- Hi kkritikat bl-aħrax lill-Istati Uniti waqt li kienet f’Washington dwar it-trattament tal-priġunieri fil-Bajja ta’ Guantanamo.
Viżjoni għall-Ewropa
Lindh kellha rwol ewlieni fl-iżvilupp tal-preżenza tal-Iżvezja fl-UE hekk kif ippresediet il-laqgħat tal-ministri għall-affarijiet barranin matul il-presidenza tal-UE tal-Iżvezja fl-2001. Fl-2001, meta kien hemm kunflitt f’dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja (issa l-Maċedonja ta’ Fuq), Lindh, bħala l-kap mibgħuta tal-Ewropa, kienet strumentali fl-unifikazzjoni tal-fergħat tal-politika barranija normalment differenti tal-UE li għenu biex jiġi evitat aktar kunflitt.
Publikazzjonijiet
Aktar dwar il-ħajja, ix-xogħol u l-kontribuzzjoni ta’ Anna Lindh għall-proġett Ewropew