
Robert Schuman ra l-azzjoni bħala membru tar-reżistenza Franċiża fit-Tieni Gwerra Dinjija, u nqabad u nżamm il-ħabs min-Nazisti. Hu kien ilu attiv fil-politika qabel il-gwerra bħala membru tal-Parlament Franċiż wara l-gwerra, huwa kellu serje ta’ karigi tal-ogħla livell fi Franza, u eventwalment fassal id-“Dikjarazzjoni ta’ Schuman” biex jgħaqqad l-Ewropa u jipprevjeni aktar gwerer.
L-Ewropa mhix se tinbena f’daqqa, jew skont pjan wieħed. Se tissawwar b'kisbiet konkreti li l-ewwel joħolqu solidarjetà de facto.
Ħajja u żminijiet
Twieled ċittadin Ġermaniż fil-Lussemburgu, Schuman sar Franċiż fl-1919 meta r-reġjun ta’ Alsace-Lorraine, fejn għex, reġa’ ingħata lura lil Franza. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, Charles de Gaulle, il-mexxej Franċiż fl-eżilju, talab lil Schuman biex imur Londra biex iservi fil-gvern tiegħu.
Wara l-gwerra, hu reġa’ lura għall-politika nazzjonali f’sensiela ta’ karigi tal-ogħla livell, u sar negozjatur ewlieni ta’ trattati u inizjattivi ewlenin bħall-Kunsill tal-Ewropa, il-Pjan Marshall u n-NATO – kollha mmirati lejn kooperazzjoni akbar fi ħdan l-alleanza tal-Punent u l-għaqda tal-Ewropa.
Viżjoni għall-Ewropa
F’kooperazzjoni ma’ Jean Monnet, hu fassal il-Pjan ta’ Schuman li hu magħruf internazzjonalment. Dan ġie ppubblikat fid-9 ta’ Mejju 1950, id-data issa meqjusa bħala t-twelid tal-Unjoni Ewropea u ċċelebrata kull sena bħala “Jum l-Ewropa”. Fid-diskors ta’ akkumpanjament, hu ppropona kontroll konġunt tal-produzzjoni tal-faħam u l-azzar, l-aktar materjali importanti għall-industrija tal-armamenti. L-idea bażika kienet li dawk mingħajr kontroll fuq il-produzzjoni tal-faħam u tal-azzar ma jkunux jistgħu jiġġieldu gwerra.
Robert Schuman għamel id-dikjarazzjoni tiegħu fid-9 ta’ Mejju 1950 f’Pariġi
Robert Schuman għamel id-dikjarazzjoni tiegħu fid-9 ta’ Mejju 1950 f’Pariġi
Biex tiddefendi l-kawża ta’ Ewropa magħquda għal aktar minn 20 sena, l-għan ewlieni ta’ Franza dejjem kien li tiżgura l-paċi.
L-Ewropa ma ngħaqditx — u għalhekk kellna gwerra. U issa l-integrazzjoni Ewropea mhux se sseħħ mil-lum għall-għada, u lanqas f’forma waħda. Se tinbena permezz ta' kisbiet konkreti li l-ewwel ma jibnu hi solidarjetà fil-fatt. Għal dan l-għan, il-gvern Franċiż għandu l-intenzjoni li jqiegħed il-produzzjoni Franko-Ġermaniża kollha tal-faħam u l-azzar taħt Awtorità Għolja komuni.
Pubblikazzjonijiet
Aktar dwar il-ħajja, ix-xogħol u l-kontribuzzjoni ta’ Robert Schuman għall-proġett Ewropew