Kull sena fid-9 ta' Mejju Jum l-Ewropa jiċċelebra l-paċi u l-għaqda fl-Ewropa. Id-data tfakkar l-anniversarju tad-“Dikjarazzjoni ta’ Schuman”, proposta storika li saret minn Robert Schuman, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Franċiż, fl-1950 li stabbiliet il-pedament tal-kooperazzjoni Ewropea. Il-proposta ta' Robert Schuman titqies li hija l-bidu ta’ dik li llum hija l-Unjoni Ewropea.
Jum l-Ewropa tal-2025 huwa okkażjoni speċjali għax qed niċċelebraw il-75 sena mid-dikjarazzjoni ta’ Schuman. Sir af l-istorja wara l-ideat viżjonarji tiegħu u kif dawn għenuna noħolqu l-UE kif nafuha llum.
Skopri dwar l-attivitajiet ta’ Jum l-Ewropa
