Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
European Union

Walter Hallstein: forza diplomatika li tmexxi l-integrazzjoni Ewropea

Is-suq komuni għandu l-għan li jgħaqqad l-Ewropa b’mod politiku.

Walter Hallstein

Ħajja u żminijiet

Hallstein affronta x-xogħol tiegħu ta' President tal-Kummissjoni bl-istess impenn, għarfien u esperjenza speċjalizzata li kienu ispiraw lill-Kanċillier Konrad Adenauer jaħtru bħala kap tad-delegazzjoni Ġermaniża fil-Konferenza Schuman dwar il-formazzjoni tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar fl-1950. Dawn il-kwalitajiet fost oħrajn servewh tajjeb matul il-presidenza tiegħu ta’ 9 snin, mill-1958 sal-1967.

Viżjoni għall-Ewropa

Hallstein kien proponent ferventi li ġab 'il quddiem l-unità Ewropea permezz tal-formazzjoni ta’ Komunità Ekonomika Ewropea. L-ewwel passi lejn din l-integrazzjoni ekonomika li tippermetti lin-nies, lis-servizzi u lill-prodotti jiċċaqalqu b’mod liberu ttieħdu matul il-Konferenza ta’ Messina fl-1955.

Għalkemm fil-bidu Hallstein ried li din l-integrazzjoni tkopri kollox u tinkiseb malajr kemm jista’ jkun, ir-realtajiet politiċi ta’ dak iż-żmien għenuh jagħraf li fużjoni gradwali tas-swieq tal-Istati Membri flimkien tkun ta’ benefiċċju kważi għal kulħadd.

Fl-1958 daħal fis-seħħ it-Trattat ta’ Ruma, u Hallstein intgħażel bħala l-ewwel President tal-Kummissjoni tal-Komunità Ekonomika Ewropea.

Diskors ta’ Walter Hallstein fit-2 ta’ Marzu 1953 fi Strasburgu

Traskrizzjoni

Diskors ta' Walter Hallstein fit-2 ta' Marzu 1953 fi Strasburgu

Nafu sew xi jmexxina 'l quddiem: is-sens li xejn ma jista' jeqirdu ta' identità Ewropea. B'Ewropa b'saħħitha u magħquda, l-Ewropej – u l-bqija tad-dinja – jistgħu jsibu l-prosperità. Ewropa mhix magħquda ssir il-Balkani tad-dinja, stedina biex oħrajn jinterferixxu fl-affarijiet tagħha. L-Ewropa għandha titkellem b'vuċi waħda biex tagħmel ħoss. Għalhekk, xejn mhu siewi li niddrammatizzaw l-attenzjoni li tingħata mill-ħin għall-ieħor għal proċessi individwali ta' kumpens u l-akkumulazzjoni okkażjonali tagħhom.

Pubblikazzjonijiet

Aktar dwar il-ħajja, ix-xogħol u l-kontribut ta’ Walter Hallstein għall-proġett Ewropew.