Jannar 2020 – Rispons komuni tal-UE għall-COVID-19
Il-pandemija tal-COVID-19 skattat emerġenza tas-saħħa pubblika maġġuri u tnaqqis fir-ritmu ekonomiku. L-UE u l-pajjiżi membri ħadmu flimkien biex jappoġġjaw is-sistemi tal-kura tas-saħħa, iwaqqfu t-tixrid tal-virus, u jassiguraw il-vaċċini għan-nies tal-UE u lil hinn minnha. Il-mexxejja tal-UE jaqblu dwar l-akbar pakkett ta’ stimolu li qatt ġie ffinanzjat mill-baġit tal-UE b’enfasi fuq irkupru ekoloġiku u diġitali hekk kif l-UE taħdem lejn in-newtralità klimatika sal-2050.
31 ta’ Jannar 2020 – Ir-Renju Unit joħroġ mill-UE
Ir-Renju Unit joħroġ mill-UE wara 47 sena ta’ sħubija, u b’hekk jinfetaħ kapitlu ġdid fir-relazzjoni tiegħu mal-UE.
April 2021 – Tnedija tal-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa
L-UE tniedi l-Konferenza dwar il-Futur tal-Ewropa li baqgħet għaddejja tul is-sena kollha tal-2021. L-eżerċizzju bla preċedent fid-demokrazija parteċipattiva joffri liċ-ċittadini tal-UE opportunità unika biex isemmgħu leħinhom u jgħinu fit-tiswir tal-futur tal-UE.
Frar 2022 – Ir-Russja tinvadi lill-Ukrajna
L-UE u s-sħab internazzjonali tagħha jikkundannaw bil-qawwa l-gwerra ta’ aggressjoni mhux ġustifikata u mhux provokata tar-Russja. L-UE tadotta sensiela ta’ sanzjonijiet kontra r-Russja u tipprovdi assistenza finanzjarja, umanitarja, militari u assistenza oħra lill-Ukrajna.