L-arkivji storiċi tal-istituzzjonijiet tal-UE fihom dokumenti pubbliċi li jirreġistraw deċiżjonijiet u sejbiet li għenu biex isawru l-UE kif nafuha llum.
L-arkivji tal-UE
L-arkivji storiċi tal-UE huma amministrati mill-Istitut Universitarju Ewropew (EUI) f’Firenze. Jagħmel dokumenti mill-istituzzjonijiet Ewropej (kif ukoll mill-movimenti u l-personalitajiet favur l-Ewropa) disponibbli għall-pubbliku.
L-arkivji tal-istituzzjonijiet tal-UE
Il-Parlament Ewropew
L-arkivji storiċi tal-Kummissjoni Ewropea
L-arkivji tal-Parlament Ewropew għandhom aktar minn 5 miljun rekord storiku, inklużi testi adottati, rapporti, mistoqsijiet parlamentari, petizzjonijiet u dokumenti tal-kumitati li jmorru lura għall-1952. Ibagħtilna email, iktbilna, ċemplilna jew żur l-arkivji.
Il-Kunsill Ewropew
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (1993-2003)
Il-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew (1975-92)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea
L-arkivji tal-Kunsill għandhom dokumenti prodotti jew riċevuti mill-Kunsill li għandhom aktar minn 30 sena. Fittex l-arkivji jew agħmel appuntament biex iżżur.
Il-Kummissjoni Ewropea
L-arkivji Storiċi tal-Kummissjoni Ewropea
L-arkivji tal-Kummissjoni għandhom dokumenti prodotti jew riċevuti mill-Kummissjoni li għandhom aktar minn 30 sena. Fittex online jew żur l-arkivji personalment.
Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
L-arkivji storiċi tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE
L-arkivji storiċi tal-UE jinsabu fl-Istitut Universitarju Ewropew (EUI) f’Firenze. Huma magħmulin minn dokumenti prodotti jew riċevuti mill-Kummissjoni li għandhom aktar minn 30 sena. Itlob appuntament biex iżżurhom.
Il-Bank Ċentrali Ewropew
L-arkivji tal-Bank Ċentrali Ewropew
L-arkivji tal-BĊE jżommu rekords tal-attivitajiet tal-bank mill-1964 sal-lum. Dawn jinkludu materjal awdjoviżiv u artifatti. Fittex online jew itlob dokument bil-miktub.
Il-Qorti Ewropea tal-Awdituri
L-arkivji tal-Qorti Ewropea tal-Awdituri
L-arkivji tal-QEA fihom il-files ta’ ħidma kollha tagħha sa mill-1977. Id-dokumenti li jkopru l-perjodu 1977-91 ġew trasferiti fl-Arkivji Storiċi tal-Unjoni Ewropea f’Firenze. Fittex online
Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna
L-arkivji tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna;
L-arkivji tas-SEAE fihom materjal prodott u ppubblikat mis-SEAE mill-2011 li ma għadux aġġornat iżda jibqa’ arkivjat online.
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
L-arkivji tal-Kumitat tar-Reġjuni
L-arkivji tal-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni għandhom dokumenti prodotti jew riċevuti mill-KtR għandhom aktar minn 30 sena. Il-Kamra ta’ konsultazzjoni tagħha hija aċċessibbli għar-riċerkaturi permezz ta’ appuntament.
Il-Bank Ewropew tal-Investiment
L-arkivji tal-Bank Ewropew tal-Investiment
L-arkivji storiċi tal-BEI li għandhom rekords mill-1956 jistgħu jiġu kkonsultati fiċ-ċentru tar-riċerka tal-arkivji storiċi tal-UE f’Firenze jew online.
L-Ombudsman Ewropew
L-Ombudsman Ewropew – id-dokumenti storiċi
Ara d-dettalji tad-dokumenti storiċi ewlenin tal-Ombudsman Ewropew.