Mur għall-kontenut ewlieni

Ħarsa ġenerali

Belt kapitali: Valletta

Lingwa/i uffiċjali tal-UE: Malti, Ingliż

Pajjiż membru tal-UE: mill-1 ta’ Mejju 2004

Munita: l-euro. Membru taż-żona tal-euro mill-1 ta’ Jannar 2008

Schengen: Membru taż-żona Schengen mill-21 ta’ Diċembru 2007

ĊifriDaqs ġeografiku - popolazzjoni - prodott domestiku gross (PDG) per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwist

Sistema politika

Malta hi repubblika parlamentari monokamerali b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-president - li r-rwol tiegħu u prinċipalment ċerimonjali. Il-pajjiż hu maqsum f’5 reġjuni. Kull reġjun għandu l-kumitat reġjonali tiegħu li jservi bħala intermedjarju bejn il-gvern lokali u dak nazzjonali.

Pożizzjoni fuq il-mappa tal-UE

Kummerċ u ekonomija

L-aktar setturi importanti tal-ekonomija ta’ Malta fl-2020 kienu l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ ħidma soċjali (18.3%), l-attivitajiet professjonali, xjentifiċi u tekniċi; attivitajiet ta’ servizzi amministrattivi u ta’ appoġġ (17.3%) u kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, trasport, akkomodazzjoni u servizzi tal-ikel (14.0%).

Il-kummerċ fi ħdan l-UE jammonta għal 50% tal-esportazzjonijiet ta’ Malta (il-Ġermanja 17%, Franza 9% u l-Italja 7%), filwaqt li barra mill-UE 6% jmorru Singapore u Hong Kong.

F’termini ta’ importazzjonijiet, 57% jiġu minn Stati Membri tal-UE (l-Italja 20% u l-Ġermanja u Franza 7%), filwaqt li barra mill-UE 8% jiġu miċ-Ċina u 3% mir-Renju Unit.

Malta fl-UE

Il-Parlament Ewropew

Hemm 6 membri tal-Parlament Ewropew minn Malta. Skopri min huma dawn il-MPE.

L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f’Malta

Il-Kunsill tal-UE

Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Fil-laqgħat tal-Kunsill jiltaqgħu b'mod regolari rappreżentanti mill-gvern Malti, skont il-qasam ta' politika li jkun qed jiġi indirizzat.

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Kunsill tal-UE m’għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull 6 xhur.

Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE.

Id-dati tal-Presidenzi Maltin:

Jan-Ġun 2017

Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

Il-Presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE

Il-Kummissjoni Ewropea

Il-Kummissarju nominat minn Malta għall-Kummissjoni Ewropea hi Helena Dalli, li hi responsabbli għall-Ugwaljanza.

Il-Kummissjoni hi rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.

Ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni f’Malta

Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

Malta għandha 5 rappreżentanti fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħrajn ta’ interess – hu kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.

Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni

Malta għandha 5 rappreżentanti fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.

Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE

Malta tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-"ambaxxata għall-UE" ta’ Malta, il-kompitu ewlieni tagħha huwa li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.

Il-Baġits u l-Finanzjament

Kemm tħallas u tirċievi Malta?

L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE huwa kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhuwiex li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali. 

Ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:

Il-proġetti ffinanzjati mill-UE f’Malta

Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE minn Malta jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE - bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.

Skopri aktar dwar kif Malta tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.