Kemm hi kbira l-ekonomija tal-UE?
L-Unjoni Ewropea topera bħala suq uniku magħmul minn 27 pajjiż.
Il-valur totali tal-prodotti u s-servizzi kollha prodotti (prodott domestiku gross jew PDG) fl-UE fl-2021 kien ta’ €14.5 triljun.
Kummerċ
L-UE27 tirrappreżenta madwar 14% tal-kummerċ dinji tal-merkanzija. L-UE, iċ-Ċina u l-Istati Uniti huma l-akbar tliet atturi globali fil-kummerċ internazzjonali.
Sors: Eurostat
Fl-2021, l-UE rrappreżentat €4,300 biljun f’kummerċ globali totali. Il-kummerċ intra-UE kien ivvalutat għal €6,786 biljun fl-2021.
Impjiegi u ugwaljanza
Ir-rata ta’ impjieg hi l-proporzjon tal-popolazzjoni fl-età tax-xogħol fl-impjieg.
Sors: Eurostat
Ir-rata tal-qgħad hi n-numru ta’ persuni barra mix-xogħol espress bħala perċentwal tal-forza tax-xogħol totali. Kemm ir-rata tal-qgħad kif ukoll id-daqs tal-forza tax-xogħol huma indikaturi ewlenin tax-xejriet tas-suq tax-xogħol.
Sors: Eurostat
Id-differenza mhux aġġustata bejn il-pagi tal-irġiel u n-nisa hi d-differenza bejn il-qligħ medju, gross, fis-siegħa tal-impjegati rġiel u tal-impjegati nisa. Hi espressa bħala perċentwal tal-qligħ medju gross, fis-siegħa tal-impjegati rġiel. Hi bbażata fuq l-impjegati kollha li jaħdmu f’ditti b’10 impjegati jew aktar.
Sors: Eurostat