Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
European Union

Iltaqa’ magħna

L-UE għandha servizz ċentrali ta’ kuntatt kif ukoll firxa ta’ ċentri madwar l-UE kollha li jipprovdu informazzjoni, servizzi, u appoġġ lill-pubbliku.

Sib liema huma ċ-ċentri tal-UE li jinsabu qrib tiegħek u sir af dwar is-servizzi tagħhom billi tuża l-menus li jinżlu fuq il-mappa ta’ hawn taħt. Tista’ tagħżel iċ-ċentri tal-UE

  • skont il-pożizzjoni ġeografika: ikklikkja fuq il-buttuna “iġġeolokalizzani” biex tara ċ-ċentri kollha tal-UE qrib il-pożizzjoni attwali tiegħek
  • skont il-pajjiż: iffiltra skont il-pajjiż u r-reġjun biex issib ċentru tal-UE
  • skont iċ-ċentru: agħżel li tara ċentru wieħed jew aktar tal-UE fuq il-mappa
  • skont is-suġġett: agħżel suġġett speċifiku biex issib l-aktar ċentru/i tal-UE adattat(i) biex ikollok tweġiba għall-mistoqsija tiegħek.

Ikklikkja fuq wieħed miċ-ċentri tal-UE fuq il-mappa (immarkati b’tikek ikkuluriti) għad-dettalji dwar kif tista’ tagħmel kuntatt u għal aktar informazzjoni dwar is-servizzi li joffri.

Il-mappa tal-“Unjoni Ewropea madwari”

Skopri liema ċentru jista’ jkunlek utli

Xi ċentri tal-UE jipprovdu informazzjoni ġenerali dwar l-UE, u oħrajn joffru pariri u servizzi speċjalizzati dwar programmi u temi differenti tal-UE. Skopri liema ċentru huwa l-aktar adattat biex iwieġeb il-mistoqsija tiegħek billi tagħti daqqa t’għajn lejn il-kategoriji ta’ hawn taħt.

Informazzjoni ġenerali dwar l-UE

Iċ-ċentri tal-EUROPE DIRECT iqarrbu lill-Unjoni Ewropea lejn in-nies fil-post fejn jgħixu. Dawn iċ-ċentri huma f’pożizzjoni li jwieġbu l-mistoqsijiet tiegħek dwar l-UE. Jiddjalogaw maċ-ċittadini u mal-partijiet ikkonċernati sabiex iħossuhom aktar involuti fil-proġett Ewropew.

Pariri u appoġġ dwar fondi, politiki, u programmi speċifiċi tal-UE
Gwida, għajnuna, u medjazzjoni għall-konsumaturi u għan-negozji
  • In-Network Enterprise Europe jipprovdi servizzi bla ħlas li jgħinu lin-negozji jinnovaw u jikbru fuq skala internazzjonali. Huwa l-akbar network fid-dinja li joffri appoġġ għall-impriżi żgħar u ta’ daqs medju li għandhom ambizzjonijiet internazzjonali.
  • In-Network taċ-Ċentri Ewropej tal-Konsumaturi jispjega d-drittijiet tal-konsumatur u jista’ jgħin biex jissolva t-tilwim mal-bejjiegħa bbażati f’pajjiż ieħor tal-UE.
  • In-Netwerk għas-Soluzzjoni tat-Tilwim Finanzjarju jgħin lill-konsumaturi jaslu għal soluzzjoni barra mill-qorti dwar ilmenti fil-qasam tas-servizzi finanzjarji.
  • In-network SOLVIT jgħin liċ-ċittadini u n-negozji tal-UE jinfurzaw id-drittijiet tagħhom meta jgħixu, jaħdmu, jew joperaw f’pajjiż ieħor tal-UE.
L-iżvilupp tal-karriera, il-mobbiltà transfruntiera tal-ħaddiema u tal-istudenti

Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 6 Frar 2026