Il-missjoni taċ-ċentri tal-EUROPE DIRECT hija li jqarrbu lill-UE lejn iċ-ċittadini tagħha. B’madwar 400 ċentru madwar l-Ewropa, huwa faċli li tagħmel kuntatt mal-UE fil-post fejn toqgħod.
Dawn iċ-ċentri huma parti mill-komunità lokali tiegħek: Jisimgħu, jinfurmaw, u joħolqu spazju għal konverżazzjonijiet miftuħin dwar kif l-UE taffettwa l-ħajja tiegħek ta’ kuljum. Dawn iċ-ċentri
- jagħtu informazzjoni utli dwar l-inizjattivi tal-UE u d-drittijiet taċ-ċittadini, jorganizzaw avvenimenti u diskussjonijiet lokali, u jaħdmu mill-qrib mal-iskejjel, mal-midja, mal-assoċjazzjonijiet, u ma’sħab oħrajn fil-komunità
- jafu kemm dwar temi relatati mal-UE kif ukoll dwar ir-realtajiet lokali, u għalhekk jistgħu jispjegawlek b’mod ċar dwar dak li hu importanti għalik
- jagħtu widen għall-fehmiet tiegħek u jgħinuk twassalhom għand il-Kummissjoni Ewropea. B’hekk jiżguraw li l-vuċi tiegħek tkun parti mill-konverżazzjoni.
Ħu sehem fl-attivitajiet tagħhom, żomm ruħek aġġornat dwar kwistjonijiet tal-UE rilevanti għall-inħawi tiegħek, u agħmel il-mistoqsijiet jew iddiskuti politiki u opportunitajiet.
Iċ-ċentri tal-EUROPE DIRECT f’pajjiżek
Skopri liema ċentru tal-EUROPE DIRECT huwa l-eqreb għalik fuq il-mappa jew billi tikklikkja fuq il-bandiera tal-pajjiż fil-lista ta’ hawn taħt.
Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 13 Mejju 2026
