L-ERA, li hija bbażata fi Franza qed tagħti daqqa t'id fl-integrazzjoni tas-sistemi ferrovjarji Ewropej biex tagħmel il-ferroviji aktar siguri u kapaċi li jaqsmu fruntieri nazzjonali mingħajr ma jiefqu.
Mill-2006, l-ERA:
- ħadmet biex tiżviluppa livelli tekniċi li huma ekonomikament vijabbli kif ukoll miżuri u miri ta' sigurtà f'kooperazzjoni mas-settur tal-ferroviji, l-awtoritajiet nazzjonali, l-istituzzjonijiet tal-UE u entitajiet oħra.
- irrappurtat dwar is-sigurtà ferrovjarja tal-UE.
- kienet minn ta' quddiem fil-ħidma biex jinħolqu livelli ugwali fis-senjalazzjoni madwar l-Ewropa.
Il-kwartieri ġenerali tal-ERA jinsabu f'Valenciennes, filwaqt li l-faċilitajiet għall-konferenzi internazzjonali qegħdin Lille.
Kuntatt
l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA)
- Isem
- l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Ferroviji (ERA)
- Sit web
- https://www.era.europa.eu/
- Numru tat-telefown
- +33 3 27 09 65 00
- Numru tal-faks
- +33 3 27 33 40 65
- Indirizz postali
120 rue Marc Lefrancq
59300 Valenciennes
France