Skip to main content
Aġenzija deċentralizzata

l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)

Logo of European Police Office (Europol)

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: L-Europol jgħin lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi nazzjonali fil-ġlieda kontra l-kriminalità internazzjonali serja u t-terroriżmu.
  • Direttur: Catherine De Bolle
  • Stabbilit fi: 1999
  • Għadd ta’ persunal: 900+ 
  • Post: L-Aja (in-Netherlands)
  • Sit web:Europol

L-Uffiċċju Ewropew tal-Pulizija (Europol) huwa l-aġenzija tal-infurzar tal-liġi tal-UE u l-kompitu tiegħu huwa li jgħin biex l-Ewropa ssir aktar sikura billi jassisti lill-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi fil-pajjiżi membri tal-UE.

Dak li tagħmel

L-Europol joffri firxa unika ta' servizzi filwaqt li jibbenefika mill-pożizzjoni ċentrali tiegħu fl-arkitettura tas-sigurtà Ewropea:

  • jagħti appoġġ lill-operazzjonijiet tal-infurzar tal-liġi fuq l-art
  • iservi ta' ċentru fejn tinġabar l-informazzjoni dwar l-attivitajiet kriminali
  • hu ċentru għall-għarfien espert dwar l-infurzar tal-liġi.

L-Europol jimpjega madwar 100 analist kriminali li huma fost l-aktar imħarrġa fl-Ewropa. Dan iwassal sabiex ikun wieħed mill-akbar konċentrazzjonijiet ta' kapaċità analitika fl-UE. L-analisti jużaw l-aktar għodda avvanzata biex jappoġġjaw l-investigazzjonijiet tal-aġenziji nazzjonali kuljum.

Sabiex l-imsieħba tiegħu jkollhom ħarsa aktar profonda fil-problemi kriminali li jaffaċċjaw, l-Europol jipproduċi analiżi regolari fuq żmien twil tal-kriminalità u t-terroriżmu.

Min jibbenifika

  • L-aġenziji tal-infurzar tal-liġi li għandhom appoġġ operazzjonali l-ħin kollu.
  • Id-dipartimenti tal-gvern u kumpaniji privati li jaħdmu fi sħubija mal-Europol.
  • L-Istati Membri tal-UE, appoġġjati fl-investigazzjonijiet, fl-attivitajiet operattivi u fil-proġetti tagħhom biex jiġu indirizzati t-theddidiet kriminali.

Ara wkoll

Pubblikazzjonijiet

Stqarrijiet

Impjiegi

Kuntatt

Isem
l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għall-Kooperazzjoni fl-Infurzar tal-Liġi (Europol)
Sit web
Numru tat-telefown
+31 70 302 50 00
Numru tal-faks
+31 70 345 58 96
Indirizz postali
Eisenhowerlaan 73, 2517 KK Den Haag, Netherlands
Media soċjali