Mur għall-kontenut ewlieni
Fusion for Energy (F4E) - Logo

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: timmaniġġja l-kontribuzzjoni tal-UE lill-ITER u tikkoopera mal-Ġappun dwar proġetti ta' R&Ż dwar il-fużjoni
  • Direttur: Marc Lachaise
  • Stabbilita: 2007
  • Numru ta’ staff: 446
  • Lokalità: Barċellona (Spanja)
  • Sit web: Il-Fużjoni għall-Enerġija

X’tagħmel

Hi l-organizzazzjoni tal-UE li timmaniġġja l-kontribuzzjoni tal-UE għall-proġett ITER li hu ddisinjat biex juri l-flessibilità xjentifika u teknoloġika tal-enerġija tal-fużjoni. 

Wieħed mill-kompiti ewlenin tagħha hu l-kooperazzjoni mal-industrija, in-negozji żgħar u ta' daqs medju u l-organizzazzjonijiet ta' riċerka biex tiżviluppa u tipprovdi:

  • firxa ta’ komponenti ta’ teknoloġija
  • inġinerija, manutenzjoni u servizzi ta’ appoġġ biex issaħħaħ lil ITER. 

ITER jeżisti biex jirriċerka l-fużjoni, il-proċess li jagħti l-enerġija lix-xemx u lill-kwiekeb. L-għan hu li jiġi żviluppat sors ta’ enerġija mingħajr limitu b’mod sikur u ambjentalment responsabbli. L-UE qed tagħmel tajjeb għal kważi nofs l-ispejjeż tal-kostruzzjoni, filwaqt li l-bqija huma maqsuma ugwalment fost 6 partijiet oħrajn:

  • Iċ-Ċina
  • Il-Ġappun
  • L-Indja
  • ir-Repubblika tal-Korea
  • il-Federazzjoni Russa
  • l-Istati Uniti.

Il-proġett hu bbażat fi Franza

Fużjoni għall-Enerġija (F4E) tappoġġja l-inizjattivi ta' R&Ż dwar il-fużjoni permezz tal-Ftehim ta' Approċċ Usa' ffirmat mal-Ġappun. Il-funzjoni tagħha hu li tipprepara għall-kostruzzjoni ta' impjant dimostrattiv tal-enerġija mill-fużjoni (DEMO). 

Min jibbenefika

  • il-pubbliku ġenerali fl-UE - permezz ta' taħlita usa' ta' enerġija sostenibbli
  • l-industrija, in-negozji żgħar u ta' daqs medju u l-organizzazzjonijiet tar-R&Ż tal-UE – bis-saħħa ta' parteċipazzjoni kompetittiva u b'saħħitha fis-suq tal-fużjoni tal-futur
  • il-kompetittività Ewropea – bis-saħħa tal-istimulu għall-innovazzjoni, it-tkabbir ekonomiku, it-tagħrif u l-impjiegi
  • l-Unjoni tal-Enerġija Ewropea u l-impatt internazzjonali tagħha.

Aktar informazzjoni

Newsletter

Punti ewlenin

Ir-Rapport Annwali

Skedi Informattivi

Fuljetti

Kuntatt

Fużjoni għall-Enerġija (F4E)

Isem
Fużjoni għall-Enerġija (F4E)
Sit web
https://fusionforenergy.europa.eu/
Email
infoatf4e [dot] europa [dot] eu
Numru tat-telefown
+34 93 320 18 00
Numru tal-faks
+34 93 320 18 51
Indirizz postali

Torres Diagonal Litoral Edificio B3 C/ Josep Pla 2
08019 Barċellona Barċellona
Spain

Media soċjali