Mur għall-kontenut ewlieni
SESAR 3 Joint Undertaking

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Immodernizzar tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru
  • Direttur Eżekuttiv: Andreas Boschen 
  • Stabbilita: fl-2021
  • Numru ta’ staff: 40
  • Post: Brussell (il-Belġju)
  • Sit webL-Impriża Konġunta SESAR 3

X’tagħmel

Xiex – Sħubija Ewropea istituzzjonalizzata bejn is-sħab tas-settur privat u pubbliku li jużaw ir-riċerka u l-innovazzjoni biex iħaffu t-twettiq tal-Ajru Diġitali Ewropew.

Kif – Permezz tal-ġbir tal-massa kritika ta’ riżorsi u għarfien espert mill-katina kollha tal-valur tal-avjazzjoni biex jiġu żviluppati l-aktar soluzzjonijiet teknoloġiċi avvanzati għall-ġestjoni ta’ inġenji tal-ajru konvenzjonali, drones, taxis tal-ajru u vetturi li jtiru f’altitudnijiet ogħla.

Min jibbenefika

L-Impriża Konġunta SESAR 3 hija katalist biex titħaffef it-tranżizzjoni lejn Ewropa ekoloġika, newtrali għall-klima u diġitali, u biex l-industrija Ewropea ssir aktar reżiljenti u kompetittiva.

It-twettiq tal-Ajru Diġitali Ewropew se jġib valur sostanzjali għal kull parti kkonċernata fil-katina tal-valur tal-avjazzjoni. Dan se jkun ukoll ta’ benefiċċju sinifikanti għall-ekonomija u s-soċjetà Ewropea b’mod ġenerali bi spiża ta’ investiment relattivament żgħira. 

Aktar Informazzjoni

Skopri dwar l-Impriża Konġunta SESAR 3 u l-Ajru Diġitali Ewropew.

Il-programm ta’ ħidma pluriennali tal-Impriża Konġunta SESAR 3

Fuljetti u pubblikazzjonijiet

Kuntatt

L-Impriża Konġunta SESAR 3

Isem
L-Impriża Konġunta SESAR 3
Sit web
https://www.sesarju.eu/
Email
infoatsesarju [dot] eu
Numru tat-telefown
+32 2 507 80 00
Numru tal-faks
+32 2 507 80 01
Indirizz postali
SESAR 3 Joint Undertaking, Avenue de Cortenberg 100, 1000 Bruxelles/Brussel, Belgium
Media soċjali