Mur għall-kontenut ewlieni

L-Unjoni Ewropea hija bbażata fuq l-istat tad-dritt. Dan ifisser li kull azzjoni li tieħu l-UE hi msejsa fuq it-trattati li ġew approvati b'mod volontarju u demokratiku mill-pajjiżi membri kollha tal-UE. Ngħidu aħna, jekk qasam ta' politika mhuwiex imsemmi fit-trattat, il-Kummissjoni ma tistax tipproponi liġi f'dak il-qasam.

Trattat hu ftehim vinkolanti bejn il-pajjiżi membri tal-UE. Jistabbilixxi l-għanijiet tal-UE, ir-regoli għall-istituzzjonijiet tal-UE, kif jittieħdu d-deċiżjonijiet u r-relazzjoni bejn l-UE u l-pajjiżi membri tagħha.

It-Trattati huma emendati biex l-UE ssir iktar effiċjenti u trasparenti, biex tħejji għall-pajjiżi membri l-ġodda u biex iddaħħal oqsma ġodda ta' kooperazzjoni – bħall-munita unika.

Skont it-trattati, l-istituzzjonijiet tal-UE jistgħu jadottaw il-leġiżlazzjoni, li l-pajjiżi membri mbagħad jimplimentaw. It-testi sħaħ tat-trattati, il-leġiżlazzjoni, il-każistika u l-proposti leġiżlattivi huma disponibbli fuq il-bażi tad-data tal-liġi tal-UE EUR-Lex.

Ippreżentati b’mod kronoloġiku mill-aħħar wieħed għall-eqdem wieħed, it-trattati ewlenin huma:

Meta pajjiżi ġodda ngħaqdu mal-UE, it-trattati fundaturi ġew emendati:

  • 2013 (il-Kroazja).
  • 2007 (il-Bulgarija, ir-Rumanija)
  • 2004 (Ċipru, l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta, il-Polonja, Iċ-Ċekja, is-Slovakkja, is-Slovenja, l-Ungerija)
  • 1995 (l-Awstrija, il-Finlandja, l-Iżvezja)
  • 1986 (Spanja, il-Portugall)
  • 1981 (il-Greċja)
  • 1973 (id-Danimarka, l-Irlanda, ir-Renju Unit)

Gallerija tal-Videos