Ħarsa ġenerali
- Rwol: Li jipprovdi informazzjoni fattwali, oġġettiva, ta' min joqgħod fuqha u komparabbli dwar id-drogi u l-vizzju tad-droga.
- Direttur: Alexis Goosdeel (il-Belġju)(mill-1.1.2016)
- Stabbilit: fl-1993
- Numru ta’ persunal: 100
- Lokalità: Lisbona (il-Portugall)
- Sit web:Iċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga
L-EMCDDA jipprovdi lill-UE u lill-Istati Membri tagħha b'informazzjoni fattwali, objettiva, ta' min joqgħod fuqha u komparabbli fil-livell Ewropew dwar id-drogi u l-vizzju tad-drogi u l-konsegwenzi tagħhom. L-għan tiegħu hu li jipprovdi evidenza biex jinforma lil dawk li jfasslu l-politika u jiggwida l-inizjattivi biex jiġu ttrattati d-drogi.
X’jagħmel
L-EMCDDA:
- jimmonitorja l-problema tad-drogi fl-Ewropa (inklużi tendenzi emerġenti)
- jimmonitorja s-soluzzjonijiet applikati għall-problemi relatati mad-drogi
- jipprovdi informazzjoni dwar l-aħjar prattika fil-pajjiżi tal-UE u jinkuraġġixxihom sabiex jiskambjawha
- jivvaluta r-riskji ta' sustanzi psikoattivi ġodda
- jmexxi sistema ta' twissija bikrija dwar sustanzi psikoattivi ġodda
- jiżviluppa għodda u strumenti biex jgħin lill-istati membri tal-UE jimmonitorjaw u jevalwaw il-politiki nazzjonali tagħhom u lill-Kummissjoni Ewropea biex timmonitorja u tevalwa l-politiki tal-UE.
Min jibbenefika
- dawk li jfasslu l-politika, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali u rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE
- ix-xjenzati u r-riċerkaturi
- l-organizzazzjonijiet internazzjonali
- il-prattikanti
- il-pubbliku.
Biex jibqa’ rilevanti għall-politika, l-EMCDDA qed jiċċaqlaq minn mudell li ċ-ċentru tiegħu hi l-informazzjoni għal wieħed orjentat fuq is-servizz li jipprovdi analiżi magħmula apposta għall-ħtiġijiet tal-korpi li jagħtihom parir.
Ara wkoll
Kuntatt
- Isem
- Ċentru Ewropew ta' Monitoraġġ dwar id-Drogi u d-Dipendenza fuq id-Drogi (EMCDDA)
- Sit web
- http://www.emcdda.europa.eu/
- Numru tat-telefown
- +351 21 121 02 00
- Numru tal-faks
- +351 21 121 03 80
- Indirizz postali
- Praça Europa 1, Cais do Sodré, 1249-289 Lisboa, Portugal
- Media soċjali