Ħarsa ġenerali
- Rwol: Li tipprovdi informazzjoni fattwali, oġġettiva, affidabbli u komparabbli, twissija bikrija u valutazzjoni tar-riskju dwar id-drogi u d-dipendenza fuq id-droga, kif ukoll rakkomandazzjonijiet biex jiġu indirizzati l-isfidi relatati mad-droga.
- Direttur: Alexis Goosdeel (il-Belġju)
- Inawgurazzjoni: 2 ta’ Lulju 2024 (tissostitwixxi ċ-Ċentru Ewropew għall-Monitoraġġ tad-Droga u d-Dipendenza fuq id-Droga (EMCDDA))
- Numru ta’ staff: 115
- Post: Liżbona (il-Portugall)
- Sit web: L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Droga
L-għan ġenerali tal-EUDA huwa li tikkontribwixxi għat-tħejjija tal-Unjoni Ewropea dwar id-drogi. Il-ħidma tagħha hi organizzata madwar erba’ kategoriji ta’ servizzi: antiċipa, wissi, wieġeb, u tgħallem. L-aġenzija: tantiċipa l-isfidi futuri relatati mad-droga u l-konsegwenzi tagħhom; tagħti twissijiet f’ħin reali dwar riskji ġodda ta’ drogi u theddid għas-saħħa u s-sigurtà; tgħin lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsaħħu r-rispons tagħhom għall-fenomenu tad-droga; u tiffaċilita l-iskambju tal-għarfien fl-UE kollha u t-tagħlim għal politiki u interventi bbażati fuq l-evidenza.
X’tagħmel
L-Aġenzija tal-UE dwar id-Drogi
- timmonitorja l-problema tad-drogi fl-Ewropa (inklużi x-xejriet emerġenti) u s-soluzzjonijiet applikati għall-problemi relatati mad-droga
- tiżviluppa kapaċitajiet ta’ valutazzjoni tat-theddid fl-oqsma tas-saħħa u s-sigurtà, u b’hekk iżżid it-tħejjija tal-UE biex tidentifika u tirreaġixxi għal dan it-theddid ġdid
- toħroġ twissijiet, permezz ta’ sistema Ewropea ġdida ta’ twissija dwar id-drogi, meta sustanzi b’riskju għoli jidhru fis-suq (tikkomplementa s-sistemi nazzjonali ta’ twissija u s-Sistema ta’ Twissija Bikrija tal-UE dwar sustanzi psikoattivi ġodda)
- timmonitorja u tindirizza l-użu ta’ diversi sustanzi mill-istess persuna, li qed isir dejjem aktar komuni u jista’ jkollu effetti detrimentali fuq is-saħħa
- timmaniġġja network ta’ laboratorji forensiċi u tossikoloġiċi biex trawwem l-iskambju ta’ informazzjoni dwar xejriet u żviluppi ġodda, u tħarreġ esperti nazzjonali dwar id-drogi forensiċi
- tiżviluppa u tippromwovi interventi bbażati fuq l-evidenza u l-aħjar prattiki
- tipprovdi riċerka u appoġġ, kemm dwar kwistjonijiet relatati mas-saħħa, kif ukoll dwar is-swieq tad-droga u l-provvista tad-droga
- tappoġġja l-evalwazzjoni indipendenti u l-iżvilupp ta’ politiki bbażati fuq l-evidenza
- tieħu rwol internazzjonali aktar b’saħħtu u tappoġġja lill-UE fil-politika dwar id-drogi f’livell multilaterali
- issaħħaħ ir-rwol tal-punti fokali nazzjonali biex tiżgura li l-Istati Membri jkunu jistgħu jipprovdu data rilevanti relatata mad-droga lill-aġenzija
- timmonitorja l-iżviluppi relatati mat-traffikar u d-devjazzjoni tal-prekursuri tad-droga u tikkontribwixxi għall-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni Ewropea dwar il-prekursuri tad-droga
Min jibbenefika
- dawk li jfasslu l-politika, inklużi l-awtoritajiet nazzjonali u r-rappreżentanti tal-istituzzjonijiet tal-UE
- ix-xjenzati u r-riċerkaturi
- l-organizzazzjonijiet internazzjonali
- il-prattikanti
- il-pubbliku ġenerali
Biex tibqa’ rilevanti għall-politika, l-EUDA qed tmur minn mudell li ċ-ċentru tiegħu hi l-informazzjoni għal wieħed orjentat fuq servizz li jipprovdi analiżi magħmula apposta għall-ħtiġijiet tal-korpi li tkun qed tagħtihom parir.
Aktar Informazzjoni
Kuntatt
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Droga
- Isem
- L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Droga
- Sit web
- https://www.euda.europa.eu/index_en
- infoeuda [dot] europa [dot] eu
- Numru tat-telefown
- +351 21 121 02 00
- Numru tal-faks
- +351 21 121 03 80
- Indirizz postali
Praça Europa 1 Cais do Sodré
1249-289 Lisboa
Portugal- Media soċjali