Mur għall-kontenut ewlieni
Aġenzija deċentralizzata

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA)

European Union Agency for Cybersecurity

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: L-ENISA hija ddedikata għall-kisba ta’ livell komuni għoli ta’ ċibersigurtà fl-Ewropa kollha
  • Direttur: Juhan Lepassaar 
  • Stabbilita fi: 2004
  • Numru ta’ staff: 106
  • Post: Kwartieri Ġenerali f’Ateni b’uffiċċji f’Heraklion u Brussell
  • Sit webENISA

L-ENISA tikkontribwixxi għall-politika ċibernetika tal-UE. Tagħti spinta lill-fiduċja fi prodotti, servizzi u proċessi diġitali billi tabbozza skemi taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Din tikkoopera mal-pajjiżi u l-korpi tal-UE u tgħin fit-tħejjija għal sfidi ċibernetiċi futuri.

X’tagħmel

L-Aġenzija taħdem ma’ organizzazzjonijiet u negozji biex issaħħaħ il-fiduċja fl-ekonomija diġitali, tagħti spinta lir-reżiljenza tal-infrastruttura tal-UE, u, fl-aħħar mill-aħħar, iżżomm liċ-ċittadini tal-UE sikuri b’mod diġitali. Dan tagħmlu billi taqsam l-għarfien, tiżviluppa l-istaff u l-istrutturi, u tqajjem kuxjenza. L-Att tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà saħħaħ il-ħidma tal-aġenzija.

Min jibbenefika

L-ENISA taħdem prinċipalment għall-benefiċċju tal-organizzazzjonijiet pubbliċi:

  • l-awtoritajiet, l-istituzzjonijiet u l-korpi u l-aġenziji deċentralizzati tal-pajjiżi tal-UE
  • l-stituzzjonijiet, l-aġenziji u l-entitajiet tal-UE.

L-Aġenzija tgħin ukoll:

  • l-industrija tal-IT (telekomunikazzjonijiet, fornituri tas-servizzi tal-internet u kumpaniji tal-IT)
  • il-komunità tan-negozju – speċjalment in-negozji żgħar u ta’ daqs medju
  • esperti taċ-ċibersigurtà (eż. timijiet ta’ rispons għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà)
  • l-akkademja 
  • il-pubbliku.

Aktar Informazzjoni

Pubblikazzjonijiet

Aħbarijiet u stqarrijiet għall-istampa

Impjiegi

Kuntatt

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA)

Isem
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA)
Sit web
https://www.enisa.europa.eu/
Email
infoatenisa [dot] europa [dot] eu
Numru tat-telefown
+30 28 14 40 9711
Indirizz postali
Agamemnonos 14, Chalandri 15231, Attiki, Greece
Media soċjali