Ħarsa ġenerali
- Rwol: L-ENISA hija ddedikata għall-kisba ta’ livell komuni għoli ta’ ċibersigurtà fl-Ewropa kollha
- Direttur: Juhan Lepassaar
- Stabbilita fi: 2004
- Numru ta’ staff: 106
- Post: Kwartieri Ġenerali f’Ateni b’uffiċċji f’Heraklion u Brussell
- Sit web: ENISA
L-ENISA tikkontribwixxi għall-politika ċibernetika tal-UE. Tagħti spinta lill-fiduċja fi prodotti, servizzi u proċessi diġitali billi tabbozza skemi taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. Din tikkoopera mal-pajjiżi u l-korpi tal-UE u tgħin fit-tħejjija għal sfidi ċibernetiċi futuri.
X’tagħmel
L-Aġenzija taħdem ma’ organizzazzjonijiet u negozji biex issaħħaħ il-fiduċja fl-ekonomija diġitali, tagħti spinta lir-reżiljenza tal-infrastruttura tal-UE, u, fl-aħħar mill-aħħar, iżżomm liċ-ċittadini tal-UE sikuri b’mod diġitali. Dan tagħmlu billi taqsam l-għarfien, tiżviluppa l-istaff u l-istrutturi, u tqajjem kuxjenza. L-Att tal-UE dwar iċ-Ċibersigurtà saħħaħ il-ħidma tal-aġenzija.
Min jibbenefika
L-ENISA taħdem prinċipalment għall-benefiċċju tal-organizzazzjonijiet pubbliċi:
- l-awtoritajiet, l-istituzzjonijiet u l-korpi u l-aġenziji deċentralizzati tal-pajjiżi tal-UE
- l-stituzzjonijiet, l-aġenziji u l-entitajiet tal-UE.
L-Aġenzija tgħin ukoll:
- l-industrija tal-IT (telekomunikazzjonijiet, fornituri tas-servizzi tal-internet u kumpaniji tal-IT)
- il-komunità tan-negozju – speċjalment in-negozji żgħar u ta’ daqs medju
- esperti taċ-ċibersigurtà (eż. timijiet ta’ rispons għall-inċidenti taċ-ċibersigurtà)
- l-akkademja
- il-pubbliku.
Aktar Informazzjoni
Kuntatt
L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA)
- Isem
- L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għaċ-Ċibersigurtà (ENISA)
- Sit web
- https://www.enisa.europa.eu/
- infoenisa [dot] europa [dot] eu
- Numru tat-telefown
- +30 28 14 40 9711
- Indirizz postali
Agamemnonos 14 Chalandri 15231
Attiki
Greece- Media soċjali