Ħarsa ġenerali
- Rwol: It-tisħiħ tad-difiżi tal-Ewropa kontra l-mard infettiv
- Direttur: Dr Pamela Rendi-Wagner
- Meta twaqqaf: 2005
- Numru ta’ impjegati: 290
- Post: Stokkolma (l-Iżvezja)
- Sit web: ECDC
L-aħħar informazzjoni dwar il-COVID-19 mill-ECDC
X’jagħmel
- Janalizza u jinterpreta d-data mill-pajjiżi tal-UE dwar 52 marda u kundizzjoni komunikabbli, bl-użu tas-Sistema Ewropea ta' Sorveljanza (TESSy).
- Jipprovdi pariri xjentifiċi lill-gvernijiet u lill-istituzzjonijiet tal-UE.
- Jiżgura detezzjoni bikrija u analiżi tat-theddid emerġenti għall-UE.
- Jikkoordina l-Programm Ewropew ta' Taħriġ fl-Epidemjoloġija tal-Intervent (EPIET) u l-Programm Ewropew ta' Taħriġ fil-Mikrobijoloġija fis-Saħħa Pubblika (EUPHEM).
- Jgħin lill-gvernijiet tal-UE jippreparaw għat-tifqigħat tal-mard.
- Jorganizza l-ESCAIDE, il-Konferenza Ewropea Xjentifika dwar l-Epidemjoloġija Applikata tal-Mard Li Jittieħed, konferenza annwali ta' 3 jiem.
Min jibbenefika
- il-komunità tas-saħħa pubblika fl-Ewropa, b'mod partikolari
- il-korpi nazzjonali u subnazzjonali tas-saħħa pubblika fl-UE/ŻEE
- l-istituzzjonijiet tal-UE
- pesuni oħrajn li jfasslu l-politiki Ewropej
- il-professjonisti tal-kura tas-saħħa, ir-riċerkaturi, l-organizzazzjonijiet internazzjonali u l-awtoritajiet nazzjonali barra l-Ewropa.
Kuntatt
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
- Isem
- Iċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard
- Sit web
- https://www.ecdc.europa.eu/mt
- info
ecdc [dot] europa [dot] eu - Numru tat-telefown
- +46 8 586 010 00
- Numru tal-faks
- +46 8 586 010 01
- Indirizz postali
Gustav III:s Boulevard 40
16973 Solna
Sweden- Media soċjali
