Mur għall-kontenut ewlieni
  • Korp tal-UE

Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza fil-qasam taċ-Ċibersigurtà (ECCC)

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza fil-qasam taċ-Ċibersigurtà (ECCC) għandu l-għan li jżid il-kapaċitajiet u l-kompetittività taċ-ċibersigurtà tal-Ewropa, filwaqt li jaħdem flimkien ma’ Network ta’ Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni biex tinbena komunità b’saħħitha taċ-ċibersigurtà.
  • Direttur Eżekuttiv: Luca Tagliaretti
  • Bord tat-Tmexxija: Rappreżentant wieħed minn kull Stat Membru u żewġ rappreżentanti mill-Kummissjoni (u sostitut għal kull rappreżentant), l-osservaturi jinkludu l-ENISA u d-Direttur Eżekuttiv tal-ECCC (jieħu sehem fil-laqgħat tal-Bord tat-Tmexxija iżda m’għandux dritt jivvota)
  • Imwaqqaf: 2021
  • Post: Bucharest, ir-Rumanija
  • Sit webIċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza fil-qasam taċ-Ċibersigurtà

Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza fil-qasam taċ-Ċibersigurtà (ECCC), flimkien man-Network ta’ Ċentri Nazzjonali ta’ Koordinazzjoni (NCCs), huwa l-qafas il-ġdid tal-Ewropa biex jappoġġa l-innovazzjoni u l-politika industrijali fiċ-ċibersigurtà

Għandu l-għan li: 

  • isaħħaħ it-tmexxija u l-awtonomija strateġika tal-UE 
  • jappoġġa l-kapaċitajiet teknoloġiċi tal-Unjoni
  • iżid il-kompetittività globali tal-industrija taċ-ċibersigurtà tal-Unjoni

X’jagħmel l-ECCC

L-ECCC jiżviluppa u jimplimenta, mal-Istati Membri, l-industrija u l-komunità tat-teknoloġija taċ-ċibersigurtà, aġenda strateġika komuni għall-iżvilupp tat-teknoloġija u għall-użu wiesa’ tagħha f’oqsma ta’ interess pubbliku u fin-negozji, b’mod partikolari l-SMEs. 

Iċ-Ċentru u n-Network flimkien se jsaħħu s-sovranità teknoloġika tagħna permezz ta’ investiment konġunt fi proġetti strateġiċi taċ-ċibersigurtà.

Kompożizzjoni

L-istruttura amministrattiva u ta’ governanza tal-ECCC tinkludi:

  • Bord tat-Tmexxija li jipprovdi orjentazzjoni strateġika u jissorvelja l-attivitajiet tal-ECCC 
  • Direttur Eżekuttiv li huwa r-rappreżentant legali tal-ECCC u li huwa responsabbli għall-ġestjoni ta’ kuljum tiegħu
  • Grupp Konsultattiv Strateġiku li jiżgura djalogu komprensiv, kontinwu u permanenti bejn il-komunità u ċ-Ċentru ta’ Kompetenza

Kif jaħdem l-ECCC?

Tliet mekkaniżmi ta’ implimentazzjoni: 

  • aġenda strateġika: strateġija komprensiva u sostenibbli industrijali, teknoloġika u tar-riċerka fil-qasam taċ-ċibersigurtà li tistabbilixxi rakkomandazzjonijiet strateġiċi għall-iżvilupp u t-tkabbir tas-settur Ewropew industrijali, teknoloġiku u tar-riċerka fil-qasam taċ-ċibersigurtà u prijoritajiet strateġiċi għall-attivitajiet taċ-Ċentru ta’ Kompetenza
  • strumenti finanzjarji: Il-Programm Ewropa Diġitali u Orizzont Ewropa
  • il-komunità ċibernetika: in-network, il-grupp konsultattiv strateġiku u l-partijiet ikkonċernati Ewropej kollha taċ-ċibersigurtà

Aktar informazzjoni

Aħbarijiet

Impjiegi fl-ECCC

Opportunitajiet ta’ finanzjament

Iċ-Ċentri ta’ Koordinazzjoni Nazzjonali

Kuntatt

Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza fil-qasam taċ-Ċibersigurtà

Isem
Iċ-Ċentru Ewropew ta’ Kompetenza fil-qasam taċ-Ċibersigurtà
Sit web
https://cybersecurity-centre.europa.eu/index_en
Email
infoateccc [dot] europa [dot] eu
Indirizz postali

L-Università Politeknika ta’ Bucharest Centrul CAMPUS, Bulevardul Iuliu Maniu Nr.6, Sector 6
061344 Bucharest
Romania

Media soċjali