Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
European Union
  • Organizzazzjoni deċentralizzata

L-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Tmexxija Operattiva tas-Sistemi tal-IT fuq Skala Kbira fl-Ispazju ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja (eu-LISA)

logo of European Agency for the operational management of large-scale IT systems in the area of freedom, security and justice

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Tappoġġja l-implimentazzjoni tal-politiki tal-Ġustizzja u l-Affarijiet Interni tal-UE billi timmaniġġja sistemi tal-IT fuq skala wiesgħa
  • Direttur: Tillmann Keber
  • Stabbilita: fl-2011, operazzjonali mill-1 ta’ Diċembru 2012
  • Numru ta’ persunal: 417 (tmiem l-2025)
  • Lokalità: Sede: Tallinn (l-Estonija), sit operazzjonali: Strasburgu (Franza), sit ta’ appoġġ: Sankt Johann im Pangau (l-Awstrija)
  • Sit webeu-LISA

L-eu-LISA tipprovdi appoġġ teknoloġiku għall-isforzi tal-pajjiżi tal-UE biex l-Ewropa ssir aktar sigura.

X’tagħmel

Hi timmaniġġja sistemi tal-IT integrati fuq skala wiesgħa li

  • imantnu s-sigurtà interna u l-ġestjoni tal-fruntieri fil-pajjiżi ta’ Schengen
  • jippermettu lill-pajjiżi ta' Schengen jiskambjaw data dwar il-viżi
  • jiddeterminaw liema pajjiż tal-UE jkun responsabbli biex jeżamina applikazzjoni għall-ażil partikulari.

Tgħin tiżgura li l-Ewropej jistgħu jivvjaġġaw b'mod ħieles fl-UE, mingħajr ma tikkomprometti s-sigurtà tal-UE.

L-aġenzija tittestja wkoll teknoloġiji ġodda biex tgħin tidħol fis-seħħ sistema ta' mmaniġġjar tal-fruntieri fl-UE aktar moderna, effiċjenti u sigura. Bħalissa qed tiżviluppa sistemi futuri tal-UE għall-ġestjoni tal-fruntieri, fosthom l-ETIAS, kif ukoll l-ECRIS-TCN, l-e-CODEX, u s-CP tas-SIK, li se jservu fil-qasam tal-ġustizzja tal-Ewropa. 

Min jibbenefika

Ir-residenti tal-UE, li jistgħu jgħixu u jivvjaġġaw b'mod ħieles u b'mod sikur fl-UE.

Aktar tagħrif

L-eu-LISA Newsroom

Kuntatt

Sit web
https://www.eulisa.europa.eu/
Email
infoateulisa [dot] europa [dot] eu
Indirizz postali

Vesilennuki 5
10415 Tallinn L-Estonja
Estonia

Media soċjali