Ħarsa ġenerali
- Rwol: L-Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin (KDT JU) hija sħubija pubblika-privata li timmaniġġja programm ta’ riċerka u innovazzjoni li għandu l-għan li jsaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-UE fis-settur tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi.
- Direttur Eżekuttiv ad interim: Yves Gigase
- Membri jew sħab:
- l-UE, rappreżentata mill-Kummissjoni;
- l-istati parteċipanti li ġejjin: l-Awstrija, il-Belġju, il-Bulgarija,, iċ-Ċekja Ċipru, id-Danimarka, l-Estonja, il-Finlandja, Franza, il-Ġermanja, il-Greċja, l-Irlanda, l-Italja, l-Iżlanda, Iżrael, il-Kroazja, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, Malta, in-Netherlands, in-Norveġja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, Spanja, it-Turkija, l-Ungerija, l-Iżvezja,;
- l-assoċjazzjonijiet industrijali li ġejjin: EPoSS, AENEAS u INSIDE li jirrappreżentaw is-setturi tal-mikro u n-nanoelettronika, sistemi integrati intelliġenti, u sistemi inkorporati/ċiberfiżiċi.
- Stabbilita fi: 2021
- Numru ta’ staff: 31
- Post: Brussell (il-Belġju)
- Sit web: Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin
X’tagħmel
Il-KDT JU tiffinanzja proġetti biex tiżgura li l-UE jkollha l-għarfien espert meħtieġ f’teknoloġiji abilitanti essenzjali biex tkun mexxejja kompetittiva tal-ekonomija diġitali tad-dinja. Dan jinkludi l-iżvilupp ta’ semikondutturi u applikazzjonijiet avvanzati li huma kritiċi għas-soċjetà Ewropea u li jikkontribwixxu għall-istrateġija diġitali tal-UE u għall-Patt Ekoloġiku Ewropew. Il-proġetti ffinanzjati mill-KDT JU jipprovdu soluzzjonijiet intelliġenti għal:
- il-mobbiltà
- il-kura tas-saħħa
- l-ambjent
- l-enerġija
- is-soċjetà diġitali
- il-manifattura
L-objettivi tal-KDT JU huma li:
- issaħħaħ l-awtonomija strateġika tal-UE fil-komponenti u s-sistemi elettroniċi
- tistabbilixxi eċċellenza xjentifika u tmexxija innovattiva tal-UE fil-komponenti u fis-sistemi tat-teknoloġiji emerġenti
- tiżgura li l-komponenti u t-teknoloġiji tas-sistemi jindirizzaw l-isfidi soċjetali u ambjentali tal-Ewropa
- tappoġġja r-riċerka u l-iżvilupp biex jiġu stabbiliti kapaċitajiet ta’ disinn u ta’ produzzjoni fl-Ewropa għal oqsma strateġiċi ta’ applikazzjoni
- tniedi portafoll ibbilanċjat ta’ proġetti kbar u żgħar li jappoġġjaw it-trasferiment rapidu ta’ teknoloġiji mir-riċerka għall-ambjent industrijali
- trawwem ekosistema dinamika tal-komponenti u s-sistemi elettroniċi mal-UE kollha bbażata fuq ktajjen tal-valur diġitali b’aċċess simplifikat għal parteċipanti ġodda
- tappoġġja r-riċerka u l-iżvilupp biex ittejjeb it-teknoloġiji tal-komponenti li jiggarantixxu s-sigurtà, il-fiduċja u l-effiċjenza enerġetika għall-infrastrutturi u għas-setturi kritiċi fl-Ewropa
- timmobilizza r-riżorsi nazzjonali u tiżgura l-koordinazzjoni tal-programmi ta’ riċerka u ta’ innovazzjoni tal-UE u nazzjonali fil-qasam tal-komponenti u tas-sistemi elettroniċi
- tistabbilixxi konsistenza bejn l-aġenda strateġika tar-riċerka u l-innovazzjoni tal-KDT JU u l-politiki tal-UE
Il-KDT JU tiffinanzja proġetti permezz ta’ sejħiet miftuħa u kompetittivi għal proposti kull sena.
Min jibbenefika?
Kwalunkwe negozju jew organizzazzjoni ta’ riċerka fl-UE jew f’pajjiżi oħra assoċjati mal-programm Orizzont Ewropa jistgħu jipparteċipaw fi proġetti.
Madankollu, in-negozji u l-organizzazzjonijiet ibbażati f’pajjiżi oħra jistgħu wkoll ikunu eliġibbli biex jipparteċipaw taħt ċerti kundizzjonijiet.
Aktar Informazzjoni
Il-KDT JU tibni fuq il-predeċessur tagħha, il-programm tal-Impriża Konġunta ECSEL li kien suċċess. Id-dokumenti li ġejjin jipprovdu informazzjoni dwar dak il-programm.
Ktieb ta’ Proġetti (eżempji ta’ proġetti tal-passat):
Tisħiħ tat-Trasformazzjoni Diġitali fl-Ewropa (ktieb)
L-Innovazzjoni fl-Azzjoni (flimkien ma’ Impriżi Konġunti oħra)
Ir-Regolament li jistabbilixxi l-programm Orizzont Ewropa.
Rapport Annwali tal-Attività tal-Impriża Konġunta ECSEL għas-sena 2020
Rapport Annwali tal-Attività tal-Impriża Konġunta KDT għas-sena 2021
Applika għall-finanzjament
Kuntatt
- Isem
- Impriża Konġunta Teknoloġiji Diġitali Ewlenin
- Sit web
- https://www.kdt-ju.europa.eu/
- Numru tat-telefown
- 00 32 2 221 81 02
- Numru tal-faks
- 00 32 2 221 81 12
- Indirizz postali
- White Atrium Building, Avenue de la Toison d'Or/Guldenvlieslaan 56-60, 1060 B-1049 Brussels, Belgium
- Media soċjali