Mur għall-kontenut ewlieni
Impriża konġunta tal-UE

Impriża Konġunta Idroġenu Nadif

Clean Hydrogen Joint Undertaking

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: L-Impriża Konġunta Idroġenu Nadif jew is-Sħubija għall-Idroġenu Nadif hija sħubija pubblika-privata unika li tappoġġja l-attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni (R&I) fit-teknoloġiji tal-idroġenu fl-Ewropa. Hi tibni fuq is-suċċess tal-predeċessur tagħha, l-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu.
  • Direttur Eżekuttiv ad interim: Mirela Atanasiu 
  • Stabbilita: fl-2021
  • Numru ta’ staff: 31
  • Post: Brussell, il-Belġju 
  • Sit web: Impriża Konġunta Idroġenu Nadif

L-għan ewlieni tas-Sħubija għall-Idroġenu Nadif huwa li tikkontribwixxi għall-Patt Ekoloġiku tal-UE u għall-istrateġija għall-idroġenu permezz tal-finanzjament tal-attivitajiet tar-R&I.

X’tagħmel

Is-Sħubija għall-Idroġenu Nadif għandha l-għan li żżid l-iżvilupp u l-użu tal-katina tal-valur Ewropea għal teknoloġiji sikuri u sostenibbli tal-idroġenu nadif, li jsaħħu l-kompetittività tagħha biex tappoġġja n-negozji, speċjalment l-SMEs. Dan jippermetti li soluzzjonijiet nodfa u kompetittivi jitqiegħdu malajr fis-suq.

L-għan aħħari huwa li jingħata kontribut għal:

  • sistema tal-enerġija tal-UE sostenibbli, dekarbonizzata u kompletament integrata
  • l-istrateġija tal-UE għall-idroġenu, li għandha rwol importanti fl-implimentazzjoni tal-pjan direzzjonali tagħha lejn in-newtralità klimatika.

Min jibbenefika

Il-pubbliku – se tgħin biex jintlaħqu l-miri tal-enerġija u tal-klima għall-2030 u l-aktar importanti tagħmel in-newtralità klimatika possibbli sal-2050.

L-ekonomija – se tgħin lin-nies jiksbu ħiliet relatati mal-industrija u tiżgura forza tax-xogħol Ewropea li tkun kapaċi tiżviluppa t-teknoloġija l-aktar avvanzata meħtieġa biex tibqa’ minn ta’ quddiem fis-suq.

In-negozji żgħar u ta’ daqs medju – billi jżidu t-teknoloġiji tal-idroġenu nadif u jespandu l-applikazzjonijiet tagħhom, hi se ssaħħaħ il-kompetittività tal-UE u tappoġġja lill-SMEs billi tippermetti li soluzzjonijiet kompetittivi innovattivi jitqiegħdu fis-suq malajr.

Il-komunità xjentifika u l-akkademja – hi se ssaħħaħ u tintegra l-kapaċitajiet xjentifiċi u teknoloġiċi tal-UE biex tgħin fil-ħolqien u t-tixrid ta’ għarfien ġdid ta’ kwalità għolja.

Kuntatt

Impriża Konġunta Idroġenu Nadif

Isem
Impriża Konġunta Idroġenu Nadif
Sit web
https://www.clean-hydrogen.europa.eu/index_en
Email
infoatclean-hydrogen [dot] europa [dot] eu
Numru tat-telefown
+32 2 221 81 48
Indirizz postali
Avenue de la Toison d’Or 56-60, 1060 Brussell, Belgium
Media soċjali