Ħarsa ġenerali
- L-irwol: biex jinbena qafas regolatorju u superviżorju uniku għall-UE kollha għas-settur bankarju
- President: François-Louis Michaud
- Is-sena meta twaqqfet: 2011
- L-għadd tal-persunal: 261
- Is-sede: Pariġi (Franza)
- Is-sit web: EBA
L-EBA hija l-aġenzija tal-UE li għandha l-kompitu li timplimenta sett standard ta' regoli biex tirregola u tissorvelja s-settur bankarju fil-pajjiżi tal-UE kollha. L-għan tagħha huwa li toħloq livell effiċjenti, trasparenti u stabbli tas-suq uniku tal-UE ta’ prodotti bankarji.
X’tagħmel
- tipprovdi input fil-ħolqien ta' sett standard u uniku ta' regoli għas-settur bankarju tal-UE - il-Ġabra Unika tar-Regoli
- tipprovdi żvelar ċentralizzat ta' data superviżorja dwar il-banek tal-UE (biex tiżdied it-trasparenza, id-dixxiplina fis-suq u l-istabbilità finanzjarja fl-UE)
- tippromwovi l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet nazzjonali dwar gruppi bankarji superviżorji li joperaw f'aktar minn pajjiż wieħed u tagħti servizz ta' medjazzjoni f'tilwim li jinvolvi aktar minn pajjiż wieħed
- tippromwovi suq tal-UE li jkun trasparenti, sempliċi u ġust għall-konsumaturi ta' prodotti u servizzi finanzjarji, u tiżgura li l-konsumaturi kollha huma trattati b'mod ġust u jkunu protetti fl-UE kollha
Min jibbenefika
- l-istituzzjonijiet tal-UE
- in-negozji u l-konsumaturi fis-settur bankarju
- l-ekonomija tal-UE b'mod aktar wiesgħa
Aktar tagħrif
Kuntatt
L-Awtorità Bankarja Ewropea
- Isem
- L-Awtorità Bankarja Ewropea
- Sit web
- https://www.eba.europa.eu/
- info
eba [dot] europa [dot] eu - Numru tat-telefown
- +33 (0)1 86 52 70 00
- Indirizz postali
Tour Europlaza 20 Avenue André-Prothin
92400 Courbevoie
France- Media soċjali
