Ħarsa ġenerali
- Rwol: L-EIOPA hi l-awtorità superviżorja Ewropea għall-pensjonijiet okkupazzjonali u l-assigurazzjoni
- President: Petra Hielkema
- Direttur Eżekuttiv: Fausto Parente
- Membri: Rappreżentanti ta’ awtoritajiet nazzjonali tal-assigurazzjoni u l-pensjonijiet tax-xogħol
- Stabbilita: fl-2011
- Numru ta’ persunal: 200
- Lokalità: Frankfurt am Main, (il-Ġermanja)
- Sit web: Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol
L-EIOPA hi parti mis-Sistema Ewropea tas-Superviżjoni Finanzjarja. Hi korp indipendenti li jipprovdi pariri lill-Kummissjoni Ewropea, lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
Dak li tagħmel
L-EIOPA hi responsabbli li:
- tgħin iżomm is-sistema finanzjarja stabbli
- tiżgura li s-swieq u l-prodotti finanzjarji jkunu trasparenti
- tgħin biex jiġu protetti d-detenturi ta' polza ta' assigurazzjoni, il-membri u l-benefiċjarji tal-iskemi tal-pensjonijiet.
Is-Sistema Ewropea ta’ Superviżjoni Finanzjarja tinkludi:
- l-awtoritajiet superviżorji Ewropej
- l-awtoritajiet superviżorji nazzjonali
Hi torbot is-superviżjoni finanzjarja fil-livell sistemiku u tad-ditti. Din tħalli s-superviżjoni ta' kuljum f'idejn l-awtoritajiet nazzjonali.
Min jibbenefika
- Il-konsumaturi:
- żieda fit-trasparenza, fis-simpliċità, fl-aċċessibbiltà u fil-ġustizzja fis-suq intern għall-pensjonijiet u l-assigurazzjoni
- ir-rappreżentanti tal-konsumatur jistgħu jsemmaw l-opinjonijiet tagħhom fil-gruppi ta' ħidma tal-EIOPA.
- L-industrija:
- superviżjoni ta’ kwalità għolja, effiċjenti u konsistenti tal-assiguraturi u l-pensjonijiet tax-xogħol tal-UE
- L-EIOPA tgħin biex jiġu identifikati, ivvalutati, mitigati u mmaniġjati r-riskji u t-theddid għall-istabbiltà finanzjarja tas-setturi tal-assigurazzjoni u tal-pensjonijiet tax-xogħol
- Ir-rappreżentanti tal-industrija jistgħu jsemmaw l-opinjonijiet tagħhom fil-gruppi ta' ħidma u fil-gruppi tal-partijiet ikkonċernati tal-EIOPA.
Ara wkoll
Kuntatt
Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA)
- Isem
- Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol (EIOPA)
- Sit web
- https://www.eiopa.europa.eu/
- infoeiopa [dot] europa [dot] eu
- Numru tat-telefown
- +49 (0) 69 95 11 19 20
- Numru tal-faks
- +49 (0) 69 95 11 19 19
- Indirizz postali
Westhafenplatz 1
60327 Frankfurt am Main
Germany- Media soċjali