Ħarsa ġenerali
- Rwol: Is-Cedefop jipprovdi d-dejta li fuqha hi bbażata l-politika tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali fl-UE
- Aġent Direttur: Mara Brugia
- Stabbilita: fl-1975
- Numru ta’ persunal: 98
- Lokalità: Tessaloniki (il-Greċja)
- Sit web: Cedefop
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) jgħin fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-politiki ta' taħriġ vokazzjonali tal-UE. Hu jimmonitorja t-tendenzi tas-suq tax-xogħol u jgħin il-Kummissjoni Ewropea, il-pajjiżi tal-UE, l-organizzazzjonijiet ta' min inħaddem u t-trejdjunjins biex iqabblu l-provvediment tat-taħriġ mal-ħtiġijiet tas-suq.
Dak li tagħmel
Is-Cedefop hu l-organizzazzjoni tal-UE li tlaqqa' flimkien lil dawk li jfasslu l-politiki, l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u t-trejdjunjins, l-istituzzjonijiet ta' taħriġ, l-għalliema u t-trejners, u l-istudenti ta' kull età – kull min hu involut fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.
F’salib it-toroq bejn is-sistemi tal-edukazzjoni u d-dinja tax-xogħol, is-Cedefop jaħdem bħala forum, li jippermetti l-organizzazzjonijiet b’interess fil-ħidma tiegħu biex jaqsmu ideat u jiddibattu dwar kif l-aħjar itejbu l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fl-Ewropa. Hu jaqsam il-kompetenza tiegħu ma’ organizzazzjonijiet politiċi u maż-żewġ naħat tal-industrija fil-pajjiżi tal-UE biex jgħinhom jiġġeneraw opportunitajiet ta’ tagħlim u xogħol.
Min jibbenifika
Il-ħidma tas-Cedefop:
- tgħin iż-żgħażagħ jiċċaqalqu mill-edukazzjoni għas-suq tax-xogħol
- tgħin lil dawk li jħallu l-iskola jirritornaw għall-edukazzjoni u t-taħriġ
- tgħin adulti bla xogħol jew b'xogħol limitat jirritornaw biex jitgħallmu u jiffukaw il-karrieri tagħhom
- tipprovdi persunal ta' gwida u ta' pariri b'perspettiva mal-UE kollha
- tgħin iċ-ċittadini tal-UE jiċċaqalqu bejn il-pajjiżi u s-sistemi, filwaqt li "jġorru l-kwalifiki tagħhom magħhom"
- tgħin il-pajjiżi tal-UE jiffurmaw mill-ġdid il-provvediment tal-apprendistati tagħhom
- tgħin lil dawk li jfasslu l-politiki Ewropej, nazzjonali jew reġjonali jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-provvediment tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.
Ara wkoll
Kuntatt
- Isem
- Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop)
- Sit web
- Numru tat-telefown
- +30 2310 490 111
- Numru tal-faks
- +30 2310 490 049
- Indirizz postali
- Europe 123, 57001 Thessaloniki (Pylea), Greece
- Media soċjali