Ħarsa ġenerali
- Rwol: Is-Cedefop jipprovdi d-data li fuqha hi bbażata l-politika tal-edukazzjoni u tat-taħriġ vokazzjonali fl-UE
- Direttur Eżekuttiv: Jürgen Siebel
- Stabbilit fi: 1975
- Numru ta’ staff: 98
- Post: Thessaloniki (il-Greċja)
- Sit web: Cedefop
Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) jgħin fl-iżvilupp u fl-implimentazzjoni tal-politiki ta' taħriġ vokazzjonali tal-UE. Hu jimmonitorja t-tendenzi tas-suq tax-xogħol u jgħin il-Kummissjoni Ewropea, il-pajjiżi tal-UE, l-organizzazzjonijiet ta' min inħaddem u t-trade unions biex iqabblu l-provvediment tat-taħriġ mal-ħtiġijiet tas-suq.
X’jagħmel
Is-Cedefop hu l-organizzazzjoni tal-UE li tlaqqa' flimkien lil dawk li jfasslu l-politiki, l-organizzazzjonijiet ta' min iħaddem u t-trade unions, l-istituzzjonijiet ta' taħriġ, l-għalliema u t-trainers, u l-istudenti ta' kull età – kull min hu involut fl-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.
Is-Cedefop qiegħed f’salib it-toroq bejn is-sistemi tal-edukazzjoni u d-dinja tax-xogħol u jaħdem bħala forum, li jippermetti l-organizzazzjonijiet b’interess fil-ħidma tiegħu biex jaqsmu l-ideat u jiddibattu dwar kif l-aħjar itejbu l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali fl-Ewropa. Hu jaqsam il-kompetenza tiegħu ma’ organizzazzjonijiet politiċi u maż-żewġ naħat tal-industrija fil-pajjiżi tal-UE biex jgħinhom jiġġeneraw opportunitajiet ta’ tagħlim u xogħol.
Min jibbenefika?
Il-ħidma tas-Cedefop:
- tgħin liż-żgħażagħ jiċċaqalqu mill-edukazzjoni għas-suq tax-xogħol
- tgħin lil dawk li jħallu l-iskola jirritornaw għall-edukazzjoni u t-taħriġ
- tgħin adulti bla xogħol jew b'xogħol limitat jirritornaw biex jitgħallmu u jiffukaw il-karrieri tagħhom
- tipprovdi staff ta' gwida u ta' pariri b'perspettiva mal-UE kollha
- tgħin liċ-ċittadini tal-UE jiċċaqalqu bejn il-pajjiżi u s-sistemi, filwaqt li "jġorru l-kwalifiki tagħhom magħhom"
- tgħin lill-pajjiżi tal-UE jirriformaw il-forniment tal-apprendistati tagħhom
- tgħin lil dawk li jfasslu l-politiki Ewropej, nazzjonali jew reġjonali jieħdu deċiżjonijiet infurmati dwar il-forniment tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali.
Aktar informazzjoni
Kuntatt
Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali
- Isem
- Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp ta’ Taħriġ Vokazzjonali
- Sit web
- https://www.cedefop.europa.eu/mt
- infocedefop [dot] europa [dot] eu
- Numru tat-telefown
- +30 2310 490 111
- Numru tal-faks
- +30 2310 490 049
- Indirizz postali
Ewropa 123
57001 Thessaloniki (Pylea)
Greece- Media soċjali