Ħarsa ġenerali
- Rwol: jappoġġja l-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni (PESK) billi jipprovdi servizzi abbażi tal-assi spazjali u tad-data kollaterali
- Direttur: Louis Tillier
- Sħab: Is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, il-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija Ewropea għad-Difiża, l-Aġenzija Spazjali Ewropea u istituzzjonijiet u organizzazzjonijiet internazzjonali oħrajn
- Stabbilit: fl-2002 (iċ-Ċentru Satellitari tal-Punent tal-Unjoni Ewropea mill-1993 sal-2001)
- Numru ta’ staff: 160
- Post: Torrejón de Ardoz (Spanja)
- Sit web: EU SatCen
Iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea (SatCen) jappoġġja t-teħid tad-deċiżjonijiet u l-azzjoni tal-UE fil-kuntest tal-Politika Estera u ta’ Sigurtà Komuni tal-Ewropa. Dan ifisser il-forniment ta' prodotti u ta' servizzi abbażi tal-esplojtazzjoni tal-assi spazjali u tad-data kollaterali, inklużi l-immaġni bis-satellita u l-immaġni mill-ajru, u s-servizzi relatati.
X’jagħmel
Taħt is-superviżjoni tal-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà u d-direzzjoni operazzjonali tar-Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tal-UE, is-SatCen jipprovdi lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet bi twissijiet bikrija ta' kriżijiet potenzjali kif ukoll għarfien tas-sitwazzjoni globali. Dan jippermetti lill-UE tieħu miżuri diplomatiċi, ekonomiċi u umanitarji fi żmien xieraq, inkluż l-ippjanar ġeneriku għal intervent.
Min jibbenefika
- is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE)
- il-pajjiżi tal-UE
- il-missjonijiet u l-operazzjonijiet tal-UE
- il-Kummissjoni Ewropea
- il-pajjiżi li mhux fl-UE u l-organizzazzjonijiet internazzjonali, bħan-Nazzjonijiet Uniti, l-Organizzazzjoni għall-Projbizzjoni ta’ Armi Kimiċi (OPCW), l-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSCE) u l-Organizzazzjoni tat-Trattat tal-Atlantiku tat-Tramuntana (NATO).
Aktar Informazzjoni
Kuntatt
Iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea
- Isem
- Iċ-Ċentru Satellitari tal-Unjoni Ewropea
- Sit web
- https://www.satcen.europa.eu/
- infosatcen [dot] europa [dot] eu
- Numru tat-telefown
- +34 91 678 60 00
- Numru tal-faks
- +34 91 678 60 06
- Indirizz postali
Apdo. de Correos 511 28850 Torrejón de Ardoz
Madrid
Spain