Ħarsa ġenerali
- Rwol: Tiffaċilita u tiżviluppa t-tmexxija industrijali fl-UE fin-networks u s-servizzi 5G u 6G.
- Direttur Eżekuttiv (ad interim): Peter Stuckmann
- Membri jew sħab: l-UE (rappreżentata mill-Kummissjoni Ewropea) u l-Assoċjazzjoni tal-Industrija 6G
- Stabbilita: 2021
- Numru ta’ staff 10 (17 sa tmiem l-2023)
- Lok: Brussell (il-Belġju)
- Sit web: Smart Networks and Services Joint Undertaking
X’tagħmel
L-Impriża Konġunta Networks u Servizzi Intelliġenti (SNS JU) hija sħubija pubblika-privata b’missjoni doppja biex:
- trawwem is-sovranità teknoloġika tal-Ewropa fis-6G
- tagħti spinta lill-introduzzjoni tal-5G fl-Ewropa
L-SNS JU tiffinanzja proġetti ta’ riċerka u innovazzjoni (R&I) biex issaħħaħ il-pożizzjoni industrijali tal-Ewropa fil-katina tal-valur globali tan-networks u s-servizzi intelliġenti. Hija tiġbor flimkien ir-riżorsi tal-UE u dawk industrijali biex taċċellera l-iżvilupp ta’ teknoloġiji ta’ networks u servizzi intelliġenti siguri u effiċjenti fl-użu tal-enerġija.
Hija ssawwar pjan direzzjonali strateġiku tar-R&I u aġenda ta’ skjerament biex il-viżjoni tas-6G tal-UE ssir realtà teknoloġika u kummerċjali. L-SNS JU timmira lejn diġitalizzazzjoni massiva tal-proċessi tas-soċjetà u tan-negozju permezz ta’ konnettività intelliġenti u sostenibbli madwar id-dinja umana, fiżika u diġitali.
L-SNS JU għandha l-għan li tmexxi l-konċepiment, l-iżvilupp u l-istandardizzazzjoni tat-teknoloġiji tal-konnettività tal-ġenerazzjoni li jmiss u tħeġġeġ l-adozzjoni bikrija mis-suq tas-6G sa tmiem id-deċennju. Biex tagħmel dan, taħdem ma’ massa kritika ta’ partijiet ikkonċernati Ewropej u tiffaċilita l-kooperazzjoni internazzjonali dwar diversi inizjattivi tas-6G.
L-SNS JU tallinja wkoll mal-pajjiżi tal-UE dwar il-programmi tal-R&i tas-6G u tiżgura koordinazzjoni strateġika biex tingħata spinta lill-introduzzjoni avvanzata tal-5G fl-Ewropa.
Min jibbenefika
Kwalunkwe negozju jew organizzazzjoni ta’ riċerka fl-UE u f’pajjiżi oħra assoċjati mal-programm Orizzont Ewropa jibbenefikaw mill-ħidma tal-Impriża Konġunta SNS.
B’mod iktar speċifiku:
- firxa wiesgħa ta’ atturi industrijali u kumpaniji żgħar u ta’ daqs medju, inklużi mhux biss l-industrija tat-telekomunikazzjoni, iżda wkoll dawk li jaħdmu fl-Internet tal-Oġġetti, il-cloud, il-komponenti u t-tagħmir, u l-industriji vertikali, bħat-trasport, il-loġistika, l-enerġija, il-manifattura, l-Industrija 4.0, il-media, l-edukazzjoni, il-kura tas-saħħa u l-agrikoltura intelliġenti
- kwalunkwe organizzazzjoni ta’ riċerka jew università li tgħin biex tavvanza l-eċċellenza teknoloġika u xjentifika Ewropea biex issawwar u tikseb ħakma tas-sistemi 6G
Is-soċjetà kollha kemm hi tibbenefika minn applikazzjonijiet ġodda futuri, bħar-reality sensing estiża, it-telepreżenza u r-robotika kollaborattiva. Is-6G jenħtieġ li jikkontribwixxi għall-ġenerazzjoni li jmiss ta’ networks u servizzi intelliġenti sikuri, siguri, affidabbli, inklużivi u sostenibbli fl-Ewropa.
Aktar Informazzjoni
Kuntatt
L-Impriża Konġunta Networks u Servizzi Intelliġenti
- Isem
- L-Impriża Konġunta Networks u Servizzi Intelliġenti
- Sit web
- https://smart-networks.europa.eu/
- CNECT-E1-SNSec [dot] europa [dot] eu
- Indirizz postali
Rue de la Loi / Kunst-Wet 51
1000 Brussels
Belgium- Media soċjali