Infografika – prijoritajiet tal-UE, kif jiġu stabbiliti | L-Unjoni Ewropea
Mur għall-kontenut ewlieni
Sit web uffiċjali tal-Unjoni EwropeaSit web uffiċjali tal-UE

Infografika: Il-prijoritajiet tal-UE - Kif inhuma stabbiliti?

Qabel il-bidu ta’ kull leġiżlatura ġdida – il-perjodu ta’ 5 snin fil-kariga tal-Kummissarji Ewropej u tal-Parlament Ewropew – il-kapijiet ta’ stat/gvern tal-pajjiżi kollha tal-UE jiltaqgħu, bħala l-Kunsill Ewropew, biex jistabbilixxu l-prijoritajiet politiċi uffiċjali għall-UE.

Din l-infografika turi kif l-istituzzjonijiet tal-UE u l-pajjiżi tal-UE jaħdmu mill-qrib biex jiddefinixxu u jsawru l-aġenda strateġika tal-prijoritajiet Ewropej.

Verżjoni tat-test

Il-prijoritajiet tal-UE – kif inhuma stabbiliti?

Il-Kunsill Ewropew

27 Kap ta’ stat jew ta’ gvern mill-pajjiżi kollha tal-UE.

Jiddefinixxi l-prijoritajiet għall-5 snin li ġejjin.

Aġenda strateġika

L-istituzzjonijiet u l-pajjiżi tal-UE jaħdmu flimkien biex iwettqu dawn il-prijoritajiet.

Il-Kummissjoni Ewropea, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill joħorġu konklużjonijiet konġunti.

Prijoritajiet tal-Kummissjoni Ewropea

Linji gwida politiċi tal-Kummissjoni għall-5 snin li ġejjin

Deċiżi mill-kandidat għall-President tal-Kummissjoni u ppreżentati lis-sessjoni plenarja tal-Parlament Ewropew.

Ikkonvertiti fi stqarrijiet ta’ missjoni speċifiċi għal kull kummissarju kandidat, u ppreżentati lill-Kumitat tal-Parlament rilevanti.

Prijoritajiet tal-Presidenza tal-Kunsill tal-UE

It-3 presidenzi li jmiss jaqblu dwar il-prijoritajiet kondiviżi tagħhom għat-18-il xahar li ġejjin, bil-Presidenza tinbidel kull 6 xhur.

Deċiżi mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza bil-għan li jsaħħaħ l-UE u jippromwovi l-valuri ewlenin tagħha.

B’kont meħud tal-kwistjonijiet urġenti għall-UE.

Prijoritajiet tal-Parlament Ewropew

Kull grupp tal-PE jagħżel il-prijoritajiet li jirriflettu l-kwistjonijiet li l-votanti tagħhom iqisu bħala kruċjali għall-5 snin li ġejjin.

8 gruppi politiċi organizzati skont l-affinità politika, mhux in-nazzjonalità.

Kif issir din il-ħidma fil-prattika?
L-Istat tal-Unjoni u l-Ittra ta’ Intenzjoni

Kull sena f’Settembru, il-President tal-Kummissjoni jibda t-tħejjija tal-programm ta’ ħidma annwali tal-Kummissjoni bid-diskors dwar l-Istat tal-Unjoni u l-Ittra ta’ Intenzjoni, abbażi tar-Rapport ta’ Prospettiva Strateġika tal-Kummissjoni.

Diskussjonijiet

Il-Kummissjoni tibda diskussjonijiet mal-Parlament u mal-Kunsill tal-UE dwar il-prijoritajiet għas-sena ta’ wara.

Programm ta' ħidma annwali tal-KE

Il-Kummissjoni tikseb il-fehmiet tal-Kumitat tar-Reġjuni u tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew biex tikkontribwixxi għall-programm ta’ ħidma annwali tagħha.

Dikjarazzjoni Konġunta Annwali

Il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill joħorġu dikjarazzjoni konġunta dwar il-prijoritajiet tal-UE biex jippermettu azzjoni rapida u jiżguraw li jkun hemm impetu politiku biex jitwettqu dawn il-prijoritajiet.