Skip to main content
Aġenzija deċentralizzata

Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)

Logo of European Union Agency for Law Enforcement Training (CEPOL)

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: tipprovdi taħriġ fl-infurzar tal-liġi Ewropea u internazzjonali
  • Direttur Eżekuttiv: Dr. h. c. Detlef Schröder
  • Stabbilita: fl-2005
  • Numru ta’ persunal: 60
  • Lok:  Budapest (l-Ungerija)
  • Sit web:CEPOL

Is-CEPOL, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi, hi aġenzija tal-Unjoni Ewropea li tiżviluppa, timplimenta u torganizza taħriġ għall-pulizija u uffiċjali oħrajn tal-infurzar tal-liġi.

Dak li tagħmel

L-Aġenzija:    

  • tipprovdi taħriġ għall-pulizija u uffiċjali oħrajn tal-infurzar tal-liġi
  • ittejjeb is-sigurtà tal-UE permezz tal-qsim tat-taħriġ u l-għarfien
  • tistabbilixxi netwerks ta’ taħriġ.

Is-CEPOL toffri korsijiet ta’ taħriġ innovattivi u avvanzati. Hi tintegra l-ħiliet reċenti u l-iżviluppi fir-riċerka u t-teknoloġija fil-programmi ta’ taħriġ tagħha, u ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-pulizija.

Il-portafoll attwali tagħha jinkludi:

Min jibbenifika

Is-CEPOL tikkontribwixxi għal Ewropa aktar sikura billi tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-għarfien fost l-uffiċjali tal-pulizija f’pajjiżi tal-UE u f’xi pajjiżi li mhumiex fl-UE dwar kwistjonijiet ibbażati fuq il-prijoritajiet ta’ sigurtà tal-Unjoni, u speċjalment dwar iċ-ċiklu ta’ politika tal-UE dwar il-kriminalità serja u organizzata.

L-għan tas-CEPOL hu li ssir ċentru dinji u l-mutur ta’ bidla fil-qasam tat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi.

Ara wkoll

Edukazzjoni u taħriġ

Xjenza u riċerka

Imsieħba u partijiet ikkonċernati

Aħbarijiet

Pubblikazzjonijiet

Opportunitajiet ta' xogħol

Kuntatt

Isem
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)
Sit web
https://www.cepol.europa.eu/mt/
Email
Indirizz postali
Budapest, Pf.314, 1903, Hungary
Media soċjali