Ħarsa ġenerali
- Rwol: tipprovdi taħriġ fl-infurzar tal-liġi Ewropea u internazzjonali
- Direttur Eżekuttiv: Montserrat Marín López
- Stabbilita: fl-2005
- Numru ta’ persunal: 110
- Lok: Budapest (l-Ungerija)
- Sit web: CEPOL
Is-CEPOL, l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi, hi aġenzija tal-Unjoni Ewropea li tiżviluppa, timplimenta u torganizza taħriġ għall-pulizija u uffiċjali oħrajn tal-infurzar tal-liġi.
Dak li tagħmel
L-Aġenzija:
- tipprovdi taħriġ għall-pulizija u uffiċjali oħrajn tal-infurzar tal-liġi
- ittejjeb is-sigurtà tal-UE permezz tal-qsim tat-taħriġ u l-għarfien
- tistabbilixxi netwerks ta’ taħriġ.
Is-CEPOL toffri korsijiet ta’ taħriġ innovattivi u avvanzati. Hi tintegra l-ħiliet reċenti u l-iżviluppi fir-riċerka u t-teknoloġija fil-programmi ta’ taħriġ tagħha, u ssaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-pulizija.
Il-portafoll attwali tagħha jinkludi:
Min jibbenifika
Is-CEPOL tikkontribwixxi għal Ewropa aktar sikura billi tiffaċilita l-kooperazzjoni u l-għarfien fost l-uffiċjali tal-pulizija f’pajjiżi tal-UE u f’xi pajjiżi li mhumiex fl-UE dwar kwistjonijiet ibbażati fuq il-prijoritajiet ta’ sigurtà tal-Unjoni, u speċjalment dwar iċ-ċiklu ta’ politika tal-UE dwar il-kriminalità serja u organizzata.
L-għan tas-CEPOL hu li ssir ċentru dinji u l-mutur ta’ bidla fil-qasam tat-taħriġ fl-infurzar tal-liġi.
Ara wkoll
Kuntatt
Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)
- Isem
- Aġenzija tal-Unjoni Ewropea għat-Taħriġ fl-Infurzar tal-Liġi (CEPOL)
- Sit web
- https://www.cepol.europa.eu/mt/
- infocepol [dot] europa [dot] eu
- Indirizz postali
Pf.314
Budapest 1903
Hungary- Media soċjali