Mur għall-kontenut ewlieni
European Data Protection Supervisor - Logo

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Jiżgura li l-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE jirrispettaw id-dritt għall-privatezza tan-nies meta jkunu qed jipproċessaw id-data personali tagħhom
  • Superviżur: Wojciech Wiewiórowski
  • Stabbilit: 2004
  • Post: Brussell (il-Belġju)
  • Sit webIl-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data

L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE xi kultant jipproċessaw l-informazzjoni personali taċ-ċittadini - f'format elettroniku, miktub jew viżiv - waqt dmirijiethom. L-ipproċessar jinkludi l-ġbir, ir-reġistrazzjoni, il-ħażna, l-irkupru, il-bgħit, l-imblukkar jew it-tħassir ta’ data. Huwa l-kompitu tal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) li jirrispetta r-regoli ta' privatezza stretti fit-tmexxija ta' dawn l-attivitajiet.

X’jagħmel l-EDPS?

  • iwettaq superviżjoni fuq l-amministrazzjoni tal-UE waqt l-ipproċessar ta' data personali biex jiżgura konformità mar-regoli ta' privatezza
  • jagħti konsulenza lill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE dwar l-aspetti kollha tal-ipproċessar tad-data personali u l-politiki u l-leġiżlazzjoni relatati
  • jieħu ħsieb l-ilmenti u jwettaq l-inkjesti
  • jaħdem mal-awtoritajiet nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE biex jiżgura l-konsistenza fil-protezzjoni tad-data
  • jissorvelja teknoloġiji ġodda li jista’ jkollhom impatt fuq il-protezzjoni tad-data

Kif jaħdem l-EDPS?

Is-Superviżur jinħatar għal terminu ta’ 5 snin li jista’ jiġġedded. Għax-xogħol ta' kuljum, l-EDPS għandu 2 entitajiet ewlenin:

  • Superviżjoni u Infurzar - jivvaluta l-konformità tal-protezzjoni tad-data mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE.
  • Politika u Konsultazzjoni - jagħti konsulenza lil-leġiżlaturi tal-UE dwar kwistjonijiet ta' protezzjoni tad-data f'bosta oqsma ta' politika u proposti leġiżlattivi ġodda.

L-EDPS u int

L-istituzzjonijiet u l-korpi tal-UE m’għandhomx jipproċessaw data personali dwar

  • l-oriġini razzjali jew etnika
  • l-opinjonijiet politiċi
  • il-fehmiet reliġjużi jew filosofiċi
  • is-sħubija ma’ trade-union

U lanqas ma jistgħu jipproċessaw data dwar saħħtek jew l-orjentazzjoni sesswali tiegħek, sakemm dawn ma jkunx hemm bżonnhom għal raġunijiet ta' kura tas-saħħa. Anki f’dan il-każ, dan għandu jsir minn professjonist fil-qasam tas-saħħa jew xi persuna oħra marbuta b’ġurament ta’ segretezza professjonali.

Jekk temmen li d-dritt tiegħek għall-privatezza ġie miksur minn xi istituzzjoni jew korp tal-UE, għandek l-ewwel nett tgħid lill-membri tal-istaff tal-UE responsabbli mill-ipproċessar tad-data tiegħek fil-punt fejn taħseb li sar il-ksur. Jekk ma tkunx sodisfatt bir-riżultat, ikkuntattja lill-uffiċjal tal-protezzjoni tad-data tal-istituzzjoni jew korp tal-UE li taħseb li wettaq il-ksur.

Jekk ma jirnexxilekx, tista' tressaq ilment mal-EDPS billi tuża formola għas-sottomissjoni tal-ilment. Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data se jinvestiga u jgħarrfek dwar jekk jaqbilx mal-ilment tiegħek u, fil-kas, kif se tiġi indirizzata s-sitwazzjoni.

Jekk ma taqbilx mad-deċiżjoni tal-EDPS, tista’ tressaq il-kwistjoni quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja tal-UE.

Aktar Informazzjoni

Min hu min

Opinjonijiet

Pubblikazzjonijiet

Librerija ta' Referenza

Impjiegi

Kuntatt

Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS)

Isem
Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (EDPS)
Sit web
https://edps.europa.eu/_en
Numru tat-telefown
+32 2 283 19 00
Numru tal-faks
+32 2 283 19 50
Indirizz postali
Rue Wiertz/Wiertzstraat 60, 1047 Bruxelles/Brussel, Belgium
Media soċjali