Skip to main content
Aġenzija deċentralizzata

Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA)

logo of European Fisheries Control Agency

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: L-EFCA tiżgura li l-politika komuni tas-sajd tal-UE hija applikata kif suppost
  • Direttur Eżekuttiv: Susan Steele
  • Stabbilit fi: 2005
  • Staff: 73
  • Lokalità: Vigo (Spanja)
  • Sit web: Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd 

Dak li tagħmel

Il-missjoni tal-EFCA hi li tippromwovi l-ogħla standards komuni għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza taħt il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS). L-EFCA tagħmel dan billi tikkoordina l-kooperazzjoni bejn l-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni nazzjonali.

L-EFCA tassiti wkoll lill-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-UE billi tipprovdi taħriġ għall-ispetturi u lil min iħarreġ tal-Istati Membri tal-UE biex jiġi żgurat li r-regoli tal-PKS jiġu applikati kif xieraq.

Min jibbenefika

Il-valur miżjud tal-EFCA jinsab fil-kontribuzzjoni tagħha għal kundizzjonijiet ekwi madwar l-Ewropa kollha għall-industrija tas-sajd b’tali mod li r-regoli Ewropej jiġu rispettati minn kulħadd u li l-atturi kollha involuti fis-settur tas-sajd jiġu trattati b’mod ugwali, irrispettivament minn fejn dawn ikunu qed joperaw.

Il-PKS tikkontribwixxi wkoll għal sajd sostenibbli billi ttejjeb il-konformità ma’ miżuri eżistenti ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.

 

Ara wkoll

Librerija 

L-aħħar aħbarijiet 

Postijiet tax-xogħol vakanti 

Kuntatt

Isem
Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA)
Sit web
Numru tat-telefown
+34 986 12 06 10
Numru tal-faks
+34 986 12 52 34
Indirizz postali
Edificio Odriozola, Avenida García Barbón 4, 36201 Vigo Pontevedra, Spain
Media soċjali