Ħarsa ġenerali
- Rwol: L-EFCA tiżgura li l-politika komuni tas-sajd tal-UE hija applikata kif suppost
- Direttur Eżekuttiv: Susan Steele
- Stabbilit fi: 2005
- Staff: 73
- Lokalità: Vigo (Spanja)
- Sit web: Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd
Dak li tagħmel
Il-missjoni tal-EFCA hi li tippromwovi l-ogħla standards komuni għall-kontroll, l-ispezzjoni u s-sorveljanza taħt il-Politika Komuni tas-Sajd (PKS). L-EFCA tagħmel dan billi tikkoordina l-kooperazzjoni bejn l-attivitajiet ta’ kontroll u spezzjoni nazzjonali.
L-EFCA tassiti wkoll lill-Kummissjoni u l-Istati Membri tal-UE billi tipprovdi taħriġ għall-ispetturi u lil min iħarreġ tal-Istati Membri tal-UE biex jiġi żgurat li r-regoli tal-PKS jiġu applikati kif xieraq.
Min jibbenefika
Il-valur miżjud tal-EFCA jinsab fil-kontribuzzjoni tagħha għal kundizzjonijiet ekwi madwar l-Ewropa kollha għall-industrija tas-sajd b’tali mod li r-regoli Ewropej jiġu rispettati minn kulħadd u li l-atturi kollha involuti fis-settur tas-sajd jiġu trattati b’mod ugwali, irrispettivament minn fejn dawn ikunu qed joperaw.
Il-PKS tikkontribwixxi wkoll għal sajd sostenibbli billi ttejjeb il-konformità ma’ miżuri eżistenti ta’ konservazzjoni u ta’ ġestjoni għall-benefiċċju tal-ġenerazzjonijiet preżenti u futuri.
Ara wkoll
Kuntatt
Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA)
- Isem
- Aġenzija Ewropea għall-Kontroll tas-Sajd (EFCA)
- Sit web
- https://www.efca.europa.eu/en
- Numru tat-telefown
- +34 986 12 06 10
- Numru tal-faks
- +34 986 12 52 34
- Indirizz postali
Edificio Odriozola Avenida García Barbón 4
36201 Vigo Pontevedra
Spain- Media soċjali