Mur għall-kontenut ewlieni
  • Aġenzija deċentralizzata

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound)

Logo of Eurofound

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: Tipprovdi input ibbażat fuq l-iżvilupp ta’ politiki soċjali u relatati mal-impjieg u x-xogħol
  • Direttur Eżekuttiv: Ivailo Kalfin 
  • Stabbilit fl-: 1975
  • Persunal: 100
  • Post: Dublin, (l-Irlanda)
  • Sit web Eurofound

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound) hija Aġenzija tripartitika tal-Unjoni Ewropea stabbilita fl-1975. Ir-rwol tagħha huwa li tipprovdi għarfien biex jassisti fl-iżvilupp ta’ politiki soċjali, tal-impjiegi u dawk relatati max-xogħol aħjar skont ir-Regolament (UE) 2019/127.

X'tagħmel il-Eurofound?

Il-prijoritajiet tal-Eurofound jissawru mill-isfidi ewlenin għall-koeżjoni soċjali u t-tranżizzjonijiet ġusti f’ambjent li qed jinbidel wara l-kriżi tal-COVID-19. Kull erba’ snin, il-Eurofound tirrevedi l-istrateġija tagħha u dak li qed timmira li tikseb. Wara konsultazzjonijiet wiesgħa mal-Bord tat-Tmexxija u l-istituzzjonijiet tal-UE, hi tfassal dokument ta’ pprogrammar għal erba’ snin.

L-attivitajiet ewlenin tal-Aġenzija huma:

  • Li twettaq riċerka dwar kwistjonijiet soċjali u oħrajn relatati mal-impjiegi u x-xogħol li tkopri firxa ta’ suġġetti
  • Li tikkomunika r-riżultati, inklużi l-konklużjonijiet ibbażati fuq ir-riċerka, lill-UE u lil dawk li jfasslu l-politika nazzjonali biex tassistihom fit-twettiq tal-politiki li jtejbu l-kondizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol, fit-tfassil tal-politiki tal-impjieg u fil-promozzjoni tad-djalogu soċjali.
  • Li tiffaċilita l-kondiviżjoni tal-għarfien fost u bejn il-persuni involuti f’dan il-qasam fil-livelli tal-UE u nazzjonali

L-Aġenzija tmexxi proġetti ta' riċerka u 3 stħarriġiet fl-UE kollha dwar:

B’rispons għall-pandemija tal-COVID-19, il-Eurofound aġġustat ir-riċerka tagħha biex timmonitorja s-sitwazzjoni u tiġbor data dwar l-impatt fuq il-ħajja taċ-ċittadini tal-UE u r-reazzjonijiet ta’ politika biex jittaffew l-effetti. Element ewlieni tar-riċerka huwa l-istħarriġ elettroniku, Il-ħajja, ix-xogħol u l-COVID-19, li tnieda għall-ewwel darba f’April 2020.

Il-ħidma tagħha tintuża biex tipprovdi evidenza li fuqha tista' tiġi bbażata l-politika - bħall-Strateġija dwar l-Ugwaljanza bejn il-Ġeneri tal-UE, id-Direttiva tal-UE dwar il-bilanċ bejn ix-xogħol u l-ħajja privata, l-inizjattivi Ewropej dwar il-qgħad fost iż-żgħażagħ u l-Garanzija għaż-Żgħażagħ.

Il-Eurofound ixxerred ir-riżultati tar-riċerka u l-għarfien rilevanti għall-politika tagħha permezz ta':

Min jibbenefika?

Il-grupp fil-mira ewlieni għall-ħidma tal-Eurofound huwa dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-livell tal-UE, b’mod speċifiku:

  • l-istituzzjonijiet tal-UE
  • min iħaddem fil-livell tal-UE
  • il-gruppi tat-trade unions fil-livell tal-UE

Organizzazzjonijiet oħra li hi sservi jinkludu:

  • il-gvernijiet nazzjonali, l-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi, it-trade unions u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili
  • il-parlamenti
  • l-istituti tar-riċerka
  • l-universitajiet

Ara wkoll

Min aħna

X’nagħmlu

Pubblikazzjonijiet reċenti u li jmiss

Yearbook dwar l-Għajxien u x-Xogħol fl-Ewropa

Fuljett korporattiv

Video korporattiv

Programmi ta’ ħidma pluriennali u annwali

Abbona għall-aġġornamenti

Postijiet vakanti

Kuntatt

Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol

Isem
Il-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol
Sit web
https://www.eurofound.europa.eu/mt
Email
postmasterateurofound [dot] europa [dot] eu
Numru tat-telefown
+353 1 204 31 00
Numru tal-faks
+353 1 282 64 56
Indirizz postali

Wyattville Road
Loughlinstown Co. Dublin D18 KP65
Ireland

Media soċjali