Mur għall-kontenut ewlieni
  • Impriża konġunta tal-UE

Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (IK EuroHPC)

European High Performance Computing Joint Undertaking (EuroHPC JU)

Ħarsa ġenerali

  • Rwol: L-iżvilupp ta’ Ekosistema tas-Supercomputing ta’ Klassi Dinjija billi jinġabru flimkien ir-riżorsi tal-Unjoni Ewropea, tal-pajjiżi Ewropej u tas-sħab privati
  • Direttur Eżekuttiv: Anders Dam Jensen 
  • Stabbilita: fl-2020
  • Numru ta’ staff: 15
  • Post: il-belt tal-Lussemburgu, il-Lussemburgu
  • Sit web: Impriża Konġunta Ewropea għall-Computing ta' Prestazzjoni Għolja 

X’tagħmel

L-Impriża Konġunta EuroHPC tippermetti lill-Unjoni Ewropea, lill-pajjiżi parteċipanti tagħha u lis-sħab privati jikkoordinaw l-isforzi tagħhom u jiġbru flimkien ir-riżorsi tagħhom biex l-Ewropa ssir mexxejja dinjija fis-supercomputing.

Dan se jagħti spinta lill-eċċellenza xjentifika u s-saħħa industrijali tal-Ewropa, jappoġġja t-trasformazzjoni diġitali tal-ekonomija tagħha u jiżgura s-sovranità teknoloġika għall-kontinent. 

B’mod aktar preċiż, l-Impriża Konġunta EuroHPC għandha l-għan li:

  • tiżviluppa, tuża, testendi u żżomm ekosistema ta’ infrastrutturi tad-data u servizzi tas-supercomputing u tal-computing kwantistiku fost l-aqwa fid-dinja, federati, siguri u iperkonnessi
  • tappoġġja l-iżvilupp ta’ sistema tas-supercomputing orjentata lejn id-domanda u mmexxija mill-utenti, ibbażata fuq katina tal-provvista li tiggarantixxi l-forniment tal-komponenti, tat-teknoloġiji u tal-għarfien relatati, u b’hekk jiġi limitat ir-riskju ta’ tfixkil
  • tiżviluppa firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet ottimizzati għal dawn is-sistemi
  • twessa’ l-użu ta’ din l-infrastruttura tas-supercomputing għal għadd kbir ta’ utenti pubbliċi u privati
  • tappoġġja l-iżvilupp ta’ ħiliet ewlenin fl-informatika ta’ prestazzjoni għolja fix-xjenza u fl-industrija Ewropea

Min jibbenefika

Il-pubbliku 

Is-supercomputing għandu ħafna applikazzjonijiet utli, pereżempju:

  • ir-riċerka medika, l-iskoperta ta’ mediċini ġodda, l-iżvilupp u l-immirar lejn terapiji mediċi għall-ħtiġijiet u l-kundizzjonijiet individwali tal-pazjenti
  • l-antiċipazzjoni ta’ kundizzjonijiet severi tat-temp u l-monitoraġġ tat-tibdil fil-klima
  • il-ġlieda kontra ċ-ċiberkriminalità (phishing, serq ta' identità, eċċ.)
  • iż-żieda taċ-ċibersigurtà, b’mod partikolari għall-protezzjoni tal-infrastruttura kritika (utilitajiet, eċċ.). 

L-industrija 

Is-supercomputers jippermettu żieda fl-innovazzjoni u prodotti u servizzi ta’ valur ogħla fuq skala akbar fis-setturi industrijali, filwaqt li jimminimizzaw l-ispejjeż, inaqqsu ċ-ċikli tal-produzzjoni u jtejbu l-effiċjenza. Dan iwitti t-triq għal teknoloġiji aktar sikuri u aktar ekoloġiċi fl-industrija. 

Ix-xjenza u r-riċerka 

Is-supercomputing jinsab fil-qalba tat-trasformazzjoni diġitali fix-xjenza, u jippermetti fehim u skoperti xjentifiċi aktar profondi fi kważi kull qasam xjentifiku, bħal pereżempju:

  • il-fiżika fundamentali (l-avvanz tal-fruntieri tal-għarfien tagħna dwar il-materja, l-esplorazzjoni tal-univers) 
  • ix-xjenzi materjali (eż. id-disinn ta’ komponenti kritiċi ġodda għas-setturi farmaċewtiċi jew tal-enerġija) 
  • ix-xjenza tad-dinja (l-immudellar ta’ fenomeni atmosferiċi u oċeaniċi fil-livell planetarju). 

Aktar Informazzjoni

Skopri l-Impriża Konġunta EuroHPC 
Aċċess għas-supercomputers tagħna 
Proġetti li għaddejjin bħalissa 
Stqarrijiet għall-istampa 

Kuntatt

Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (IK EuroHPC)

Isem
Impriża Konġunta għall-Computing ta’ Prestazzjoni Għolja Ewropew (IK EuroHPC)
Sit web
https://eurohpc-ju.europa.eu/index_en
Numru tat-telefown
(+352) 28 12 45 00
Indirizz postali

Drosbach Building (DRB) - Wing E – 1st floor 12E rue Guillaume Kroll
2920 Il-Lussemburgu
Luxembourg

Media soċjali