Ħarsa ġenerali
- Rwol: toffri assistenza ta’ għarfien tekniku u operazzjonali fl-oqsma tas-sikurezza, is-sigurtà u t-tniġġis marittimi
- Direttur: Maja Markovčić Kostelac
- Stabbilita: fl-2002
- Persunal: 250
- Lokalità: Lisbona (il-Portugall)
- Sit web: EMSA
L-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA) tipprovdi għarfien tekniku espert u assistenza operazzjonali bl-għan li ttejjeb is-sikurezza marittima, l-istat ta’ preparazzjoni u r-rispons għat-tniġġis u s-sigurtà marittima.
Il-biċċa l-kbira tal-kompiti tal-Aġenzija huma preventivi, bħall-monitoraġġ dwar kif ċerti liġijiet qed jiġu applikati u l-valutazzjoni tal-effettività ġenerali tagħhom, iżda ċerti kompiti huma reattivi, bħal li l-pajjiżi tal-UE jiġu pprovduti b’vapuri li jirkupraw iż-żejt fl-eventwalità ta’ tixrid kbir fuq il-baħar u l-iskoperta ta’ tniġġis marittimu permezz tas-sorveljanza bis-satellita.
Dak li tagħmel
L-EMSA tipprovdi lill-gvernijiet u lill-awtoritajiet b’għarfien iddettaljat, affidabbli dwar dak li jiġri fuq il-baħar, f’ħin reali, biex tgħinhom jimplimentaw il-politiki marittimi b’mod effettiv. L-EMSA toffri wkoll servizzi marittimi li jirrispondu għall-ħtiġijiet li jinbidlu ta’ diversi utenti marittimi fl-Ewropa kollha:
- rapportar dwar bastimenti
- osservazzjoni terrestri
- informazzjoni marittima integrata
- rispons għat-tniġġis
- kontroll tal-istat tal-port.
L-EMSA għandha sehem ewlieni fil-promozzjoni tal-aħjar prattika. L-esperjenza li tittratta ma’ varjetà ta’ preokkupazzjonijiet kemm relatati mas-sikurezza kif ukoll mas-sigurtà mill-perspettivi legali u operazzjonali tat lill-EMSA għarfien estensiv dwar bosta kwistjonijiet li jqumu, u dwar ir-realtajiet prattiċi tal-indirizzar tagħhom.
L-EMSA twettaq bosta tipi differenti ta’ spezzjoni teknika:
- spezzjoni ta’ soċjetajiet ta’ klassifikazzjoni elenkati bħala “Organizzazzjonijiet Rikonoxxuti” mill-pajjiżi tal-UE
- spezzjoni tas-sistemi ta’ edukazzjoni u ta’ ċertifikazzjoni marittimi f’pajjiżi mhux mill-UE
- verifika li vapuri li deħlin fil-portijiet tal-UE jkunu spezzjonati kif xieraq
- verifika tas-sistemi nazzjonali ta’ monitoraġġ tat-traffiku marittimu.
L-EMSA wkoll:
- tiżgura l-investigazzjoni konsistenti tal-aċċidenti marini fl-UE kollha
- tiskambja l-aħjar prattiki dwar kwistjonijiet marittimi li jinvolvu s-sikurezza, is-sigurtà u l-ambjent
Min jibbenefika
Il-gruppi mira prinċipali tal-EMSA huma:
- l-istituzzjonijiet tal-UE
- l-amministrazzjonijiet nazzjonali marittimi tal-UE
- l-amministrazzjoni marittimi tal-istati kostali tal-EFTA
Internazzjonalment, l-EMSA tappoġġja:
- l-Organizzazzjoni Marittima Internazzjonali
- il-pajjiżi li jmissu mal-Mediterran, il-Baħar l-Iswed u l-Baħar Kaspju bħala parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat.
Ara wkoll
Kuntatt
Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)
- Isem
- Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima (EMSA)
- Sit web
- https://www.emsa.europa.eu/mt/
- informationemsa [dot] europa [dot] eu
- Numru tat-telefown
- +351 21 1209 200
- Numru tal-faks
- +351 21 1209 210
- Indirizz postali
Praça Europa 4
1249-206 Lisbon
Portugal- Media soċjali