Ħarsa ġenerali
- L-irwol: L-EUSPA timmaniġġja l-interessi pubbliċi relatati mal-programmi tas-Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni Globali bis-Satellita (GNSS), EGNOS (Sistema Ewropea ta’ Navigazzjoni b’Kopertura Ġeostazzjonarja) u Galileo, il-programm Copernicus għall-osservazzjoni tad-dinja (EO), u l-programm tal-Unjoni Ewropea tal-Komunikazzjonijiet Governattivi bis-Satellita (GOVSATCOM)
- Id-Direttur Eżekuttiv: Rodrigo da Costa
- Is-sħab: il-Kummissjoni Ewropea, l-Aġenzija Spazjali Ewropea (ESA)
- Is-sena meta twaqqfet: 2004
- L-għadd tal-persunal: 211
- Is-sede: Praga (ir-Repubblika Ċeka)
- Il-website: EUSPA
L-EUSPA tappoġġja l-għan tal-UE li timmassimizza r-redditu fuq l-investiment tal-Unjoni Ewropea fl-ispazju f’termini ta’:
- sigurtà
- benefiċċji għall-utenti
- tkabbir ekonomiku
- kompetittività
X’tagħmel
L-EUSPA tiżgura li l-Ewropa tilħaq l-objettivi tal-GNSS tagħha u li l-pubbliku jibbenefika mill-GNSS Ewropea (EGNOS u Galileo). Tappoġġja wkoll l-iżvilupp ta’ applikazzjonijiet ibbażati fuq Galileo, EGNOS u Copernicus, u tikkoordina l-aspetti relatati mal-utenti ta’ GOVSATCOM b’appoġġ għall-għanijiet ta’ politika ewlenin tal-UE.
Il-kompiti speċifiċi tagħha huma li:
- timmaniġġja l-provvediment tas-servizz ta' EGNOS u Galileo
- tippromwovi applikazzjonijiet downstream u integrati bbażati fuq Galileo, EGNOS u Copernicus
- tinvolvi l-komunità tal-utenti ta’ GOVSATCOM fit-tfassil tas-servizz
- ittejjeb is-servizzi u l-infrastruttura tal-GNSS
Biex dan jitwettaq, l-EUSPA:
- tiżgura l-immaniġġjar sikur u sigur tal-komponenti spazjali kollha
- tappoġġja r-riċerka u l-innovazzjoni
- tinvolvi l-partijiet ikkonċernati fis-suq biex jiġu żviluppati applikazzjonijiet innovattivi u effettivi tal-GNSS
- tisfrutta s-sinerġiji bejn il-komponenti tal-programm spazjali
- tiżgura li s-servizzi Ewropej ibbażati fl-ispazju jkunu siguri, sikuri, u aċċessibbli
- tipprovdi analiżi tas-suq profonda
Min jibbenefika
Hemm gruppi fil-mira interni u esterni.
Interni:
- Id-Dipartimenti tal-Kummissjoni
- Il-pajjiżi tal-UE
- Il-Membri tal-Parlament Ewropew, il-kumitati u l-kuntatti parlamentari
- L-aġenziji u l-korpi Ewropej li jservu s-settur tat-trasport u tal-ispazju
- Is-sħab istituzzjonali fil-programm tas-Sistemi Ewropej għan-Navigazzjoni Globali bis-Satellita
Esterni:
- Il-membri tal-pubbliku
- L-istituzzjonijiet nazzjonali relatati mal-GNSS fil-pajjiżi tal-UE
- In-negozji involuti fil-GNSS u l-EO
- L-istituzzjonijiet u l-organizzazzjonijiet internazzjonali relatati mal-GNSS u mal-EO
- Il-mezzi tal-midja relatati mal-applikazzjonijiet għall-utent tal-GNSS u l-EO
- L-awtoritajiet nazzjonali
