Ħarsa ġenerali
Belt kapitali: Madrid
Lingwa(i) uffiċjali tal-UE: l-Ispanjol
Pajjiż membru tal-UE: mill-1 ta’ Jannar 1986
Munita: l-euro. Membru taż-żona tal-euro mill-1 ta’ Jannar 1999
Schengen: membru taż-żona Schengen mis-26 ta’ Marzu 1995.
Ċifri: Daqs ġeografiku - popolazzjoni - prodott domestiku gross (PDG) per capita skont l-istandards tal-poter tal-akkwisthttps://data.ec.europa.eu/ewp/3ff0476e-6735-41ef-9e24-70ff77a06c3bhttps…
Sistema politika
Spanja hi demokrazija parlamentari u monarkija kostituzzjonali b’kap tal-gvern - il-prim ministru - u kap tal-istat - il-monarka. Il-kunsill tal-ministri hu l-fergħa eżekuttiva u hu ppresedut mill-prim ministru. Spanja hi stat unitarju, magħmul minn 17-il komunità awtonoma u 2 ibliet awtonomi bi gradi differenti ta’ awtonomija.
Kummerċ u ekonomija
L-aktar setturi importanti tal-ekonomija ta’ Spanja fl-2020 kienu l-amministrazzjoni pubblika, id-difiża, l-edukazzjoni, is-saħħa tal-bniedem u l-attivitajiet ta’ xogħol soċjali (20.5%), il-kummerċ bl-ingrossa u bl-imnut, it-trasport, l-akkomodazzjoni u s-servizzi tal-ikel (19.7%) u l-industrija (16.1%).
Il-kummerċ intra-UE jammonta għal 61% tal-esportazzjonijiet ta’ Spanja (Franza 16%, il-Ġermanja 11% u l-Italja 8%), filwaqt li barra mill-UE 8% jmorru fir-Renju Unit u 5% fl-Istati Uniti.
F’termini ta’ importazzjonijiet, 57% jiġu minn pajjiżi tal-UE (il-Ġermanja 14%, Franza 11% u l-Italja 7%), filwaqt li barra mill-UE 9% jiġu miċ-Ċina u 4% mill-Istati Uniti.
Spanja fl-UE
Il-Parlament Ewropew
Hemm 59 membru tal-Parlament Ewropew minn Spanja. Skopri min huma dawn il-MPE.
L-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew fi Spanja
Il-Kunsill tal-UE
Fil-Kunsill tal-UE, il-ministri nazzjonali jiltaqgħu b'mod regolari biex jadottaw il-liġijiet tal-UE u jikkoordinaw il-politiki. Il-laqgħat tal-Kunsill jattendu għalihom regolarment rappreżentanti tal-Gvern Spanjol, skont il-qasam tal-politika li jkun qed jiġi indirizzat.
Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE
Il-Kunsill tal-UE ma għandux persuna waħda permanenti bħala president (bħal pereżempju, il-Kummissjoni jew il-Parlament). Minflok, ix-xogħol jitmexxa mill-pajjiż li jkollu l-Presidenza tal-Kunsill, li jinbidel kull sitt xhur.
Matul dawn is-6 xhur, il-ministri mill-gvern ta’ dak il-pajjiż jippresiedu u jgħinu jiddeterminaw l-aġenda tal-laqgħat tal-Kunsill f’kull qasam ta’ politika, u jiffaċilitaw id-djalogu ma’ istituzzjonijiet oħrajn tal-UE.
Dati tal-presidenzi Spanjoli:
Jannar-Ġunju 1989 | Lulju-Diċembru 1995 | Jannar-Ġunju 2002 | Jannar-Ġunju 2010
Il-Presidenza tal-Kunsill tal-UE
Il-Presidenza attwali tal-Kunsill tal-UE
Il-Kummissjoni Ewropea
Il-Kummissarju nominat minn Spanja għall-Kummissjoni Ewropea hu Josep Borrell Fontelles, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea.
Il-Kummissjoni hi rrappreżentata f’kull pajjiż tal-UE minn uffiċċju lokali, imsejjaħ “rappreżentanza”.
Ir-rappreżentanza tal-Kummissjoni fi Spanja
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Spanja għandha 21 rappreżentant fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. Dan il-korp konsultattiv – li jirrappreżenta lil dawk li jħaddmu, il-ħaddiema u gruppi oħrajn ta’ interess – hu kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex ikun hemm idea aħjar tal-bidliet possibbli tas-sitwazzjonijiet soċjali u tax-xogħol fil-pajjiżi membri.
Il-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni
Spanja għandha 21 rappreżentant fil-Kumitat Ewropew tar-Reġjuni, l-assemblea tal-UE tar-rappreżentanti reġjonali u lokali. Dan il-korp konsultattiv jiġi kkonsultat dwar il-liġijiet proposti, biex jiżgura li dawn il-liġijiet iqisu l-perspettiva minn kull reġjun tal-UE.
Ir-rappreżentanza permanenti għall-UE
Spanja tikkomunika wkoll mal-istituzzjonijiet tal-UE permezz tar-rappreżentanza permanenti tagħha fi Brussell. Bħala l-“ambaxxata għall-UE” ta' Spanja, il-kompitu ewlieni tagħha hu li tiżgura li l-interessi u l-politiki tal-pajjiż huma segwiti b’mod effettiv kemm jista’ jkun fl-UE.
Baġits u Finanzjament
Kemm tħallas u tirċievi Spanja?
L-ammont li jħallas kull pajjiż tal-UE fil-baġit tal-UE hu kkalkulat b’mod ġust, skont il-mezzi. Aktar ma tkun kbira l-ekonomija tal-pajjiż, aktar iħallas – u viċi versa.
L-għan tal-baġit tal-UE mhux li jipprova jqassam mill-ġdid il-ġid, iżda pjuttost jiffoka fuq il-ħtiġijiet tal-Ewropej b’mod ġenerali.
Ċifri dwar il-baġit, id-dħul u l-infiq tal-UE:
Il-proġetti ffinanzjati mill-UE fi Spanja
Il-flus imħallsa fil-baġit tal-UE minn Spanja jgħinu biex jiġu ffinanzjati programmi u proġetti fil-pajjiżi kollha tal-UE – bħall-bini ta’ toroq, is-sussidjar ta’ riċerkaturi u l-ħarsien tal-ambjent.
Skopri aktar dwar kif Spanja tibbenefika mill-finanzjament tal-UE.