Mur għall-kontenut ewlieni
Bandiera tal-Unjoni Ewropea
European Union

It-tpartit tal-munita nazzjonali

Meta tista’ tpartat il-munita l-qadima

Tista’ tpartat il-munita nazzjonali l-qadima tiegħek mal-euro bla ħlas matul il-perjodu tal-bidla għall-euro f’pajjiżek. F’xi pajjiżi dan il-perjodu huwa limitat, u f’oħrajn ma hemm l-ebda limitu. 

Mill-munita nazzjonali għall-euro

Matul il-proċess tal-bidla, il-banek ċentrali nazzjonali gradwalment jirtiraw il-munita nazzjonali miċ-ċirkolazzjoni. Dan il-proċess jinkludi “perjodu ta’ ċirkolazzjoni doppja” fejn kemm l-euro kif ukoll il-muniti nazzjonali jkunu jistgħu jiċċirkolaw flimkien bħala valuta legali. Matul dan il-perjodu, il-bejjiegħa bl-imnut jgħinu biex titneħħa l-munita l-qadima billi jagħtu l-bqija bl-euro, u n-nies ikunu jistgħu jpartu l-munita l-qadima għall-euro fil-banek. 

It-tpartit fil-banek għall-konsumatur

Il-banek li joffru servizzi għall-konsumaturi jippermettulek li tpartat il-muniti l-antiki għall-euro matul il-perjodu ta’ ċirkolazzjoni doppja, u xi kultant anke għal żmien itwal. Jista’ jkun hemm limiti ta’ żmien, u jistgħu japplikaw xi tariffi wara li dawn jiskadu. JIsta’ jkun hemm restrizzjonijiet fuq l-ammonti li tkun tista’ tpartat. 

It-tpartit fil-banek ċentrali

Tista’ tpartat il-munita l-qadima tiegħek f’bank ċentrali għal perjodu ferm itwal. Bħall-banek għall-konsumatur, il-banek ċentrali jistgħu japplikaw limiti fuq l-ammont għal kull tranżazzjoni. Jista’ jkun li flus kontanti qodma ħafna ma jkunux jistgħu jitpartu. 

Kalendarji tal-kambju nazzjonali

Bank ċentrali nazzjonaliKarti tal-flus - sa metaMuniti - sa meta
L-AwstrijaBla limituBla limitu
Il-BelġjuBla limituSal-2004
Il-Bulgarija Bla limitu Bla limitu 
Il-KroazjaBla limituSal-2025
ĊipruSal-2017Sal-2009
L-EstonjaBla limituBla limitu
Il-FinlandjaSal-2012Sal-2012
Franza Sal-2012Sal-2005
Il-ĠermanjaBla limituBla limitu
Il-GreċjaSal-2012Sal-2004
L-IrlandaBla limituBla limitu
L-ItaljaSal-2011Sal-2011
Il-LatvjaBla limituBla limitu
Il-LitwanjaBla limituBla limitu
Il-LussemburguBla limituSal-2004
MaltaSal-2018Sal-2010
In-NetherlandsSal-1 ta’ Jannar 2032Sal-2007
Il-PortugallSal-2022Sal-2002
Is-SlovenjaBla limituSal-2017
Is-SlovakkjaBla limituSal-2014
SpanjaSal-2020Sal-2021

 

Din il-paġna ġiet aġġornata l-aħħar: 12 Jannar 2026